Stqarrija mill-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo bi twegiba ghall-istqarrija tal-Kap tal-Oppozizzjoni l-Onor. Alfred Sant u l-Onor. Karmenu Vella dwar l-impatt ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea fuq is-settur tat-Turizmu
PR205
14/02/2003
| "Hi tassew oggett ta’ misthija kif tlett gimghat biss ‘l | boghod mid-data tar-Referendum il-Partit Laburista jammetti li m’ghamilx studju dwar l-impatt ta’ shubija fuq l-akbar industrija tal-Gzejjer Maltin. Dan juri mhux biss nuqqas ta’ thejjija izda wkoll li l-oppozizzjoni ghal shubija hi mibnija biss fuq partigjanizmu ghama. |
| Il-Gvern ilu li kkummissjona u ghandu f’idejh | studju li tlesta fl-2001 li jikkonkludi li shubija hi ta’ gid ghall-industrija tat-turizmu. |
| Ir-rejazzjoni tal-Partit Laburista hi biss frott ta’ | paniku wara li l-Assocjazzjoni tas-Sidien ta’ Lukandi u Ristoranti, (MHRA) l-akbar u l-aktar assocjazzjoni rapprezentativa fil-qasam tas-settur, ikkummissjonat studji u stharrget l-imsehbin taghha, u ddecidiet li tappogga l-ishubija ta’ Malta fl-UE. Ta’ min ifakkar li d-decizjoni tal-MHRA tirrifletti l-appogg massicc tal-lukandiera u tas-sidien ta’ ristoranti kif johrog mill-istharrig fdat lid-ditta ta’ accountants DeLoitte and Touche. |
| Il-Partit Laburista jaf li c-cavetta ghat-tkabbir | tal-industrija tat-turizmu ta’ Malta tiddipendi principalment li l-Air Malta tikseb id-drittijiet tat-Third Package b’mod li tibda tgawdi l-istess jeddijiet bhall-linji tal-ajru ohra fl-UE. Dan hu possibbli biss b’shubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-Partit Laburista jaf li shubija tfisser vantaggi | kbar ghat-turizmu izda f’attentat biex tahbi dan il-fatt inkontestat l-Oppozizzjoni Laburista qed tinfexx f’kampanja ta’ nofs veritajiet biex tnissel biza’ u ncertezza fis-settur. |
| Il-Partit Laburista jaf ukoll li min jinvesti miljuni | f’impriza u jrid ihares l-investiment tieghu jiehu decizjonijiet importanti wara stharrig ekonomiku serju u mhux skond fehmiet partigjani." |
| "Ghajb" qal il-Ministru, "li l-Oppozizzjoni | qed tirrikorri ghal strategija ta’ biza’ u ngann li tixhed biss in-nuqqas ta’ argumenti u l-paniku li tinsab fih." |
| "Il-poplu jisthoqqlu hafna ahjar minn hekk | !" temm ighid il-Ministru. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932