Left arrow Go Back

Il-Protezzjoni tal-Prodotti Agrikoli tal-Biedja Maltija

PR204
Date Icon 14/02/2003

Dawn il-ġranet il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni flimkien mad-Deputat Kap tkellmu f’konferenza ta’ l-aħbarijiet fuq il-protezzjoni għall-biedja Maltija.

Huma qalu li l-protezzjoni tal-biedja tista’ tibqa’. Biex minn għalihom isaħħu l-argument tagħhom huma kkwotaw minn kommunikazzjoni permezz ta’ e-mail mibgħuta lil certu Joseph Galea minn uffiċjal fl-Ghaqda tal-Kummerċ Dinji magħrufa aħjar bhala t-WTO.

Il-Gvern segwa bl-akbar serjeta’ u responsabbilta’ dak kollu li ntqal fuq il-protezzjoni tal-biedja kif ukoll il-kuntatti li dan Joseph Galea kellu ma’ Uffiċjal ta’ l-Għaqda tal-KummerċDinji (WTO).

Il-fatti huma li l-mistoqsija magħmula minn dan Joseph Galea lill-uffiċjal ta’ l-Għaqda tal-Kummerċ Dinji (WTO) ma kinitx waħda ċara u għaldaqstant ingħatat ir-risposta li ngħatat. Dan ġie kkonfermat mill-istess uffiċjal tal-WTO li kien għalhekk li ta parir lil Joseph Galea biex jitlob kjarifika lill-Gven Malti. Fil-fatt l-istess uffiċjal tal-WTO qal li Joseph Galea ma indikax fil-mistoqsija tiegħu jekk l-obbligi ta’ Malta bħala membru tal-WTO kienux f’kuntest ta’ ftehim bilaterali jew ftehim ta’ kummerċ ħieles fir-relazzjoni li ghandu jkollu pajjizna mal-Unjoni Ewropea. Gvern Laburista fl-1998 kien fil-fatt iffirma Dikjarazzjoni Kongunta li fiha hemm miktub iswed fuq l-abjad li Malta kellha tidhol ghal zona ta’ kummerc hieles. Dan il-ftehim kien ikopri kull settur inkluz il-biedja kif ikkonferma Dr George Vella nnifsu fis-Siggiewi.

Għalhekk, il-Gvern irid jinforma u jippreċiża li f’każ ta’ ftehim kummerċjali ma’ pajjiż, jew għaqda ta’ pajjiżi bħalma hi l-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni permezz ta’ tariffi u/jew levies trid tispiċċa, nidħlu jew ma nidħlux membri fl-Unjoni Ewropea. Dan hu konfermat mill-istess uffiċjal tal-WTO li qed jikkwotaw il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u d-Deputat Kap tal-Partit Laburista.

Għall-informazzjoni ta’ kulħadd dan jiċċara x’inhi l-pożizzjoni tal-protezzjoni għall-biedja tagħna, jigifieri, li kemm f’każ ta’ sħubija jew le, il-protezzjoni permezz tal-levies trid tispiċċa.

Biss, id-differenza tibqa’ waħda: fil-każ ta’ sħubija għat-tneħħija tal-protezzjoni hemm il-pakkett ta’ għajnuna li Malta nnegozjat, waqt li f’każ li Malta ma tissieħibx fl-Unjoni Ewropea ma hemm xejn mat-tneħħija tal-protezzjoni.

Mhux biss. Il-Gvern innegozzja Special Safeguard Provision għal ħames snin mid-data tas-sħubija. Dan l-arranġament għandu l-effetti kollha ta’ protezzjoni. Dan kollu juri kemm il-Gvern hu sensibbli għall-bżonnijiet leġittimi tal-biedja Maltija.

Din l-istqarrija qed issir biex tispiċċa kull inċertezza fuq it-tneħħija tal-protezzjoni u permezz t’hekk jingħalaq darba għal dejjem il-kapitlu fuq dan is-suġġett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow