Left arrow Go Back

L-Impatt ta’ Sħubija FL-U.E. fuq is-settur turistiku

PR203
Date Icon 14/02/2003
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u l-Onor. Dr. MichaelRefalo, Ministru għat-Turiżmu, dalgħodu ndirizzaw laqgħa ma’ operaturi u sidien ta’ lukandi, ristoranti u stabilimenti oħra li joperaw fil-qasam turistiku ta’ Għawdex. Waqt din il-laqgħa ġie diskuss l-impatt fuq is-settur turistiku meta Malta ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Debono tkellmet dwar l-akkwisti ta’Għawdex meta Malta tkun membru fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Debono spjegat kif minbarra li Għawdex ser jiggwadanja daqs Malta permezz ta’ l-akkwist ta’ drittijiet u l-ftuħ ta’ bibien ta’ opportunitajiet ġodda, Għawdex ser ikollu iktar beneficcji għaliex l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet il-ħtiġijiet partikolari ta’ Għawdex.
Il-Ministru Debono spjegat kif Għawdex ġie meqjusbħala gżira reġjun (NUTS III) u kif ser jibbenefika minn fondi direttament għal proġetti f’Għawdex. L-Unjoni Ewropea hija garanzija għall-futur fejn l-Għawdxin stess, permezz tal-Kunsill Reġjonali magħmul minn diversi għaqdiet, jagħżlu x’inhuma l-proġetti meħtieġa għal gżira b’fakulta’ li jimplimentaw dak li jiddeciedu.
Il-Ministru għal Għawdex tenniet il-fatt ligħalkemm Malta u Għawdex huma meqjusa Objective One Regions u allura jibbenefikaw mill-fondi massimi ta’ l-Unjoni Ewropea, f’każ li Għawdex waħdu ma jlaħħaqx mal-medja ta’ żvilupp ta’ l-Unjoni Ewropea u Malta tkun tlaħħaq, allura Għawdex, b’mod separat, jista’ jibqa’ jibbenefika minn fondi sakemm jilħaq il-livell meħtieġ. Hija spjegat ukoll kif Għawdex meqjus bħala prijorita’ fid-Dokument Uniku ta’ Programmar (Single Programming Document) huwa eccezzjoni, u allura kisba iktar sinifikanti, għal Għawdex.

Dan kollu huwa kkonfermat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Ministru Debono saħqet illi wara sħubija, l-Għawdxinser jibqgħu jibbenefikaw mill-għoti ta’ sussidji fuq in-noll tal-vapur bejn il-gżejjer filwaqt illi s-sussidju lill-bdiewa fuq ġarr ta’ prodotti bejn Malta u Għawdex ser tiġi sostitwita permezz ta’ forma oħra ta’ għajnuna wara li jiskadi l-perijodu tranżitorju ta’ ħames snin.
Il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-impatt ta’sħubija fuq is-settur turistiku, fejn kull żvilupp fil-gżira Għawdxija ser jolqot b’mod dirett u indirett lil dan is-settur. Dan ifisser illi titjib fl-ambjent u fl-infrastruttura fost l-oħrajn ser itejbu l-prodott turistiku ta’ Għawdex li allura jkompli jżid il-kompettitivita’ tal-gżira. Il-Ministru Debono rreferiet għall-proġett ta’ Waste Water Treatment Plant li jiswa’ madwar 7.2 miljun Ewro u li se jiġi ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Dan il-proġett, għaliex ser itejjeb l-ambjent marittimu tal-gżira fost l-oħrajn, ser itejjeb il-prodott turistiku Għawdxi peress li l-kosta tal-gżira ser titqies kollha kemm hi bhala blue flag.
Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor Dr Michael Refalo,tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tippreżenta għadd kbir ta’ opportunitajiet iżda wkoll sfidi li jeħtieġ jiġu milqugħa. Il-Gvern nnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea u kiseb 77 arranġament specjali fejn kien hemm il-possibilita’ li Malta tintlaqat ħażin. Għalhekk ġew akkwistati perijodi tranżitorji, għajnuna finanzjarja jew derogi mill-acquis.
Il-Ministru Refalo spjega kif fil-fatt il-poplugħandu għażla quddiemu – jew sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea jew li jibqa’ barra. Il-Ministru Refalo rrefera għall-programm sħiħ ta’ tagħlim, tagħrif u konsultazzjoni li wettqet l-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Maltin (MHRA) matul is-snin, b’mod partikolari għall-istudji dettaljati dwar l-impatt ta’ sħubija fuq din l-industrija. Huwa tkellem ukoll dwar il-vot ta’ iktar minn 90% tal-membri favur sħubija u kif l-MHRA ħadmet mhux bi skop partiġġjan iżda fl-interess ta’ l-investiment tas-sidien ta’ stabbilimenti turistici.
Il-Ministru Refalo rrefera għall-fatt illifis-settur turistiku f’Malta u f’Għawdex diġa’ qed ngħixu f’xenarju ta’ l-Unjoni Ewropea. Bil-mod il-mod u mingħajr skossi, il-Gvern għamel il-preparamenti meħtieġa u daħħal ukoll liġijiet u regolamenti ġodda sabiex jirristruttura din l-industrija. Fil-preżent, barranin jistgħu jiġu jaħdmu f’pajjiżna jekk ikollhom il-permessi meħtieġa, iżda l-fatti juru li m’hawn ebda sitwazzjoni allarmanti.
Il-Ministru Refalo rrefera wkoll għas-sitwazzjonital-gwidi u dwar il-biża’ li jistgħu jiġi gwidi barranin f’Malta u jieħdu x-xogħol tal-Maltin. Il-liġi dwar dan l-impjieg ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002 iżda sa llum ebda gwida minn xi pajjiż ieħor ma talbet biex tiġi tirreġistra għal licenzja f’Malta. Dan għaliex l-ebda gwida turistika ma tista’ tiġi f’Malta jekk ma jkollhiex il-licenzja ta’ Malta li tkun site specific.
Il-Ministru Refalo spjega kif ic-cavetta għal qabża’l quddiem fis-settur turistiku Malti huwa permezz ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea u dan anke minħabba l-fatt li sħubija tfisser li l-linja nazzjonali ta’ l-ajru, l-Air Malta, ikollha kull dritt li tidħol f’kull ajruport fl-Unjoni Ewropea u tniżżel u ttella’ passiġġieri saħansitra en route.
Iż-żieda f’airtraffic u f’destinazzjonijiet tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru jissarrfu f’iktar flessibilita’ ta’ l-Air Malta u mezz kif nistgħu nżidu t-turisti lejn Malta.
Il-Ministru Refalo saħaq illi l-kritika kontra s-sħubijata’ Malta fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-qasam turistiku, b’mod partikolari li nitilfu d-dritt li nissussidjaw it-turisti, li jiżdiedu t-taxxi bħat-TOMS jew il-VAT, li jogħlew il-prezzijiet, li nitilfu d-Duty Free jew li jidħlu carriers oħra barra l-Air Malta, hija biss kritika illi tfittex li tbeżża’ u allura hija biss fil-percezzjoni ta’ uħud.
Il-Ministru Refalo tenna jgħid illi l-biżgħatfil-qasam turistiku ġew eliminati jew imtaffija, inkella ma jeżistux. L-indusrija tat-turiżmu llum ġiet irristrutturata u allura hija ħafna iktar b’saħħitha. Illum, il-qasam turistiku ta’ Malta u Għawdex huwa lest għall-vantaġġi li, mill-1 ta’ Mejju 2004, huma tagħna bi dritt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow