GĦOTJIET TA’ Lm72,273 F’INĊENTIVI MQASSMA F’GĦAWDEX
PR202
14/02/2003
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, illum qassmet | għotjiet li jammontaw għal iktar minn Lm72,000 f’inċentivi għall-industriji li joperaw f’Għawdex. |
| L-industrija Għawdxija għandha spejjeż | addizzjonali, bħalma huma l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji ta’ l-1988 jipprovdi għall-għoti ta’ inċentivi lil kumpaniji Għawdxin biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali għat-trasport. |
| F’diskors li għamlet il-Ministru Debono tkellmet | dwar l-iżvantaġġi u l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex iżda saħqet ukoll li Għawdex joffri wkoll vantaġġi u opportunitajiet. Hija qalet illi minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-istess industriji Għawdxin, huma rnexxielhom mhux biss jipproduċu prodotti ta’ livelli għolja iżda wkoll jesportaw lejn pajjiżi ’l barra minn xtutna. |
| Dwar is-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, | il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-opportunitajiet ta’ suq akbar li l-Unjoni Ewropea ser tkun għal imprendituri Għawdxin. Hija faħħret l-intraprendenza ta’ l-imprenditur Għawdxi filwaqt li ħeġġet lil dawk preżenti sabiex jagħrfu jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ negozju li jiġu bis-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
Il-kumpaniji li rċevew l-għotjiet kienu Magro Bros. Foods Ltd., Metal Can Ltd., Merit Precision Tools, MP Clothing Ltd., Farmers Foods, Edc Euro, Parmagan Products Ltd., Carefree Furniture Ltd., u Topserv Ltd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932