Tissaħħaħ l-Industrija tat-Turiżmu f’Għawdex b’iktar ħaddiema
PR201
14/02/2003
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, flimkien ma’ l-Onor. Dr. Michael Refalo, Ministru għat-Turiżmu dalgħodu qassmu ċertifikati lil 60 student li temmew b’suċċess korsijiet fl-Institute of Tourism Studies (ITS) t’Għawdex u li għaddew mill-eżamijiet ta’ Health and Hygene ta’ l-I.T.S. Malta u ta’ Food Preparation u Food Service tas-City and Guilds (London).
| Il-Ministru Debono irreferiet għall-opportunitajiet | kbar ghal dan is-settur, li ġġib magħha s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Hija rreferiet għall-akkwisti li rnexxielu jġib Għawdex b’mod partikolari, u li minħabba f’hekk ser jiġu allokati fondi specifici għall-proġetti fil-gżira Għawdxija. Uħud minn dawn il-proġetti ser ikunu mmirati lejn is-settur turistiku sabiex ikomplu jżidu l-kompettivita’ ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta. |
| Il-Ministru Debono tkellmet ukoll fuq il-proġett li | għandu l-Gvern li, permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, jittrasforma bini mhux użat qrib il-“campus” ta’ l-ITS fil-Qala, f’facilita’ żgħira li fiha l-istudenti li jattendu l-ITS jagħmlu taħriġ prattiku direttament fl-industrija. |
| Fi kliem il-Ministru Debono, Għawdex joffri diversi | opportunitajiet, kemm fil-gżira kif ukoll barra minn Malta, iktar u iktar meta Malta ssir membru ta’ l-UE. Din il-ġimgħa stess, ic-Centru ta’ l-ITS f’Għawdex ircieva stedina minn grupp ta’ lukandi li stieden lill-istess Centru jibgħat studenti għal perijodu ta’ taħriġ fl-istess lukandi. Dan għaliex Malta ser tissieħeb fl-UE mill-1 ta’ Mejju 2004. |
| Il-Ministru tat-Turiżmu, l-Onor. Dr. Michael Refalo | saħaq fuq l-importanza ta’ taħriġ fl-industrija tat-turiżmu illi c-Centri ta’ l-ITS f’Malta u Għawdex qed joffru kontinwament. Fi kliem il-Ministru Refalo, ic-cerimonja ta’ dalgħodu tat żewġ passaporti mportanti lill-ħaddiema fil-qasam turistiku Għawdxi, li permezz tagħhom jistgħu jwettqu xogħol fl-industrija. Hija l-politika tal-Gvern illi sa tmiem din is-sena, kull persuna li taħdem f’xi qasam ta’ l-industrija tat-turiżmu tingħata kors ta’ taħriġ li jagħti garanzija ta’ livell ogħla ta’ servizz offrut. |
| Il-Ministru Refalo meta rrefera għas-sħubija ta’ | Malta fl-Unjoni Ewropea u l-biża’ ta’ xi wħud li ħaddiema barranin jiġu jaħdmu f’Malta wara l-2004. Minbarra l-arranġamenti specjali li rnexxielu jakkwista l-Gvern Malti, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni u servizzi matul l-ewwel seba’ snin tas-sħubija, il-Ministru Refalo tenna li ebda ħaddiem minn xi pajjiż ieħor ma jkun jista’ jaħdem f’Malta jew f’Għawdex jekk ma jkollux il-kwalifiki meħtieġa. |
| Il-Ministru Refalo tkellem ukoll fuq ic-certifikat | tal-kors ta’ Food Handling li jsir mic-Centri ta’ l-ITS b’konformita’ mal-Food Safety Act. Dan il-kors huwa necessarju għal impjieg fl-industrija u qed jingħata mic-Centri ta’ l-ITS bi prezz baxx intenzjonat li jkopri l-ispejjeż tal-kors sabiex jista’ jkun organizzat. Mingħajr dan ic-certifikat, ħadd ma jkun jista’ jaħdem fejn ix-xogħol ifisser kuntatt ma’ l-ikel. |
| Preżenti għall-okkażjoni ta’ dalgħodu kien hemm | ukoll is-Sur Edwin Borg, Chairperson tal-Kumitat tat-Tmexxija ITS Għawdex u rappreżentanti oħra tal-Kumitat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932