Left arrow Mur Lura

WARRANTS LIL 277 GĦALLIEM

PR198
Date Icon 13/02/2003
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea ippreżental-Warrant Permanenti ta' Għalliem lil 277 għalliem, f'ċerimonja organizzata mill-Warrants Board fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti li saret f’lukanda f’San Ġiljan.
Iċ-ċerimonja kienet tinkludi video feature imtella minn Education22 bit-tema ‘Proudto Belong’ li wera numru ta' inizjattivi ġodda li qed jittieħdu fil-qasam edukattiv. Waqt iċ-ċerimonja tkellem id-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni, s-Sur Charles Mizzi u ndirizza lill-għalliema l-Ministru Louis Galea, li tkellem fuq ir-rwol professjonali ta' l-għalliema fid-dinja tal-lum, kif ukoll dwar l-isfidi li qed jiġu ffaċċjati u l-inizjattivi li ttieħdu u qed jittieħdu favur l-edukazzjoni.
Il-qofol taċ-ċerimonja kienet il-wegħda li l-għalliema għamlulill-Ministru ta' l-Edukazzjoni bħala rappreżentant tal-poplu Malti. Permezz ta' din il-wegħda, kull għalliem iwiegħed fost affarijiet oħra li jgħożż u jirrispetta l-istudenti kollha, li jiżviluppa lill-istudenti mil-lat edukattiv, soċjali u morali, li josserva l-kodiċi ta' etika, kif stipulat fil-liġi ta' l-Edukazzjoni u li jkunu ta' eżempju għall-istudenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow