Left arrow Go Back

Stqarrija dwar il-Protokoll dwar l-abort f’Malta

PR197
Date Icon 13/02/2003
Ghal darb'ohra l-Onorevoli Louis Buhagiar qed jghid affarijiet limhumiex minnhom dwar il-Protokoll dwar l-abort li Malta nnegozjat ma’ l-Unjoni Ewropea.
Fis-17 ta' Jannar, 2003, il-Prim Ministru kienikkorega lill-Onorevoli Buhagiar u spjega li, kuntrarjament ghal dak li kien qal l-Onorevoli Buhagiar il-gurnata ta' qabel, il-Gvern kien innegozja protokoll dwar l-abort li ghandu sahha ta' ligi, u mhux biss ghamel dikjarazzjoni.
Minkejja dan, fl-aggornament fil-Parlament il-bierah,l-Onorevoli Buhagiar rega pprova jbezza n-nies billi rrepeta l-istess haga.
Il-Gvern jerga jtenni ghal darb'ohra li,kuntrarjament ghal dak li qed jghid l-Onor. Buhagiar u min bhalu jrid ibezza', il-Gvern Malti nnegozja Protokoll dwar l-abort.
Dan il-Protokoll, li se jkun mehmuz mat-Trattat ta'Shubija, ghandu s-sahha ta' ligi u mhuwiex dikjarazzjoni kif inhi dik tal-Polonja.
Ghalkemm huwa car li l-Unjoni Ewropea m’ghandiexsahha jew rieda li tindahal f'materji bhal l-abort, il-Gvern ried garanzija assoluta u dejjiema sabiex min ghad kellu xi dubji, ikun jista jserrah rasu darba ghal dejjem. Din il-garanzija gibnieha permezz tal-Protokoll.
Il-Protokoll ta' Malta dwar l-abort jghid car u tondli: "xejn fit-Trattat ta' l-UE, jew fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunita’ Ewropea, jew xi Trattati jew ligijiet ohra li jistghu jibdluhom jew jemendawhom, m'ghandu jaffettwa l-applikazzjoni f'Malta tal-ligijiet nazzjonali dwar l-abort."
Mhux sew li l-Oppozizzjoni qed tipprova tinganna utbezza l-poplu b'dan il-mod.

It-test bl-Ingliz ta' dan il-Protokoll huwa kif gej:

"The High Contracting Parties have agreed uponthe following provision:
Nothing in the Treaty on European Union, or in theTreaties establishing the European Communities, or in the Treaties or Acts modifying or supplementing those Treaties, shall affect the application in the territory of Malta of national legislation relating to abortion."
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow