KONFERENZA NAZZJONALI DWAR IL-M.E.P.A. U L-INDUSTRIJA TAL-BINI
PR196
13/02/2003
| Il-Gvern qed jikkonsidra li jitwaqqaf it-tielet bord ta’ l-appelli | dwar l-ippjanar biex jitħaffef il-proċess ta’ l-appelli. Qed isiru wkoll tħejjijiet biex jinħatar l-Audit Officer ta’ l-Awtorita’. Dan l-Uffiċjal se jkollu s-saħħa bil-liġi li jistħarreġ il-funzjonijiet kif ukoll u l-operat kollu ta’ l-Awtorita’. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, waqt il-Konferenza Nazzjonali organizzata mill-B.I.C.C. dwar l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-Industrija tal-Bini. |
| Il-Perit Pullicino qal li malli l-Gvern prezenti gie | elett mill-gdid fl-1998, kien għamilha ċara li kien se jwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li jirriforma dik li kienet tissejjaħ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar, illum l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Il-bidla fl-Awtorita’ seħħet fuq tliet binarji: tibdil fil-liġi, tibdil fil-policies u tibdil fl-istrutturi. |
| It-tibdil fil-liġi kien wieħed sostanzjali. Fost | dawn kien hemm it-twaqqif ta’ tliet Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp biex jitħaffef il-proċess ta’ l-applikazzjonijiet. B’din il-miżura, in-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ta’ Settembru li għadda niżel għall-inqas livell li qatt kien hemm (2382). |
Kull min irid, illum
- jista’ jara u jingħata rapport dwar applikazzjoni li jitħejja mid-Direttorat.
- jista’ jara kull permess għal żvilupp flimkien ma’ pjanti u dokumenti relatati inklużi r-raġunijiet għall-għoti ta’ dawk il-permessi
- jista’ jara kull Environmental Impact Statement u Traffic Impact Statement.
| Fuq il-website ta’ l-Awtorita’, wieħed | jista’ jara l-policies, il-pjani, l-official manual, il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu ta’ l-ippjanar, ir-rapporti tal-case officers dwar l-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar, l-informazzjoni dwar enforcement notices kif ukoll informazzjoni dwar proprjeta’ skedata. Kull perit illum jista’ jipprintja mill-website, site plan fejn qabel kien ikun irid imur fl-uffiċċji ta’ l-Awtorita’ biex jakkwista site plan. |
| Dan kollu sar għax il-Gvern dejjem emmen li meta l-informazzjoni | tkun aċċessibbli għal kulħadd, min iħaddan u jimmaniġġja l-informazzjoni ma jistax jabbuża mill-poter minħabba l-fatt li għandu informazzjoni li jħaddan huwa biss. Hemm baħar jaqsam bejn l-aċċess għall-pubbliku llum u l-miżuri li daħħlet l-amministrazzjoni ta’ qabel, fejn biex wieħed jara pjanta ried jieħu miegħu perit. |
| Il-bidla fil-policies seħħet fuq diversi | livelli. Seħħ tibdil importanti fil-policy Development Notification Order 2001. L-iskop ta’ din il-policy hu li titneħħa l-burokrazija għal żvilupp li huwa żgħir. Għalhekk it-tipi ta’ żvilupp li ma jenħtieġux applikazzjoni sħiħa żdied u b’hekk naqas il-ħlas għall-permessi ta’ dan it-tip ta’ żvilupp. Minn din il-miżura bbenefikaw in-negozji żgħar, kemm industrijali u kemm kummerċjali, li issa m’għadx għandhom bżonn jagħmlu applikazzjoni sħiħa għal tibdil intern. L-Awtorita’ ħejjiet ukoll pjan li fih ġew identifikati areas li fihom in-negozji ż-żgħar jistgħu jiżviluppaw l-attivita’ industrijali taghħom. |
| L-Awtorita’ approvat ukoll tibdila fil-policy | tal-Commuted Payment Parking Scheme li, permezz tagħha, il-flus li jinġabru taħt din l-iskema jistgħu jintużaw ukoll għal spejjeż kapitali li jkunu jridu jsiru għal trasport pubbliku lokali. Per eżempju, minn dawn il-fondi ikunu jistgħu jinxtraw electric buses li, filwaqt li jagħtu servizz lir-residenti tal-lokal, ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. |
Seħħew ukoll tibdil fl-istrutturi ta’ l-Awtorita. Twaqqaf major projects team biex jipproċessa applikazzjonijiet għal żviluppi kbar tal-privat u applikazzjonijiet tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali. Dan qed jgħin biex dawn l-applikazzjonijiet tingħatalhom l-attenzjoni li tixirqilhom billi jkun hemm iktar diskussjoni ma’ l-applikant. Fl-istess ħin applikazzjonijiet ta’ żvilupp żgħir ma jinżammux għalxejn fil-kju, wara applikazzjonijiet għal proġetti kbar.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932