Left arrow Mur Lura

TQASSIM TA’ CERTIFIKATI

PR195
Date Icon 13/02/2003

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici illum qassam l-ittri ta' hatra lil numru ta' impjegati fid-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita'.

F'diskors li ghamel, l-Onor. Antoine Mifsud Bonniciqal li dawn il-hatriet ikomplu jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern prezenti li jtejjeb u jsahhah is-servizzi li qed dejjem nipprovdu lill-anzjani, kemm fir-Residenza San Vincenz de Paul, u fid-Djar residenzjali ghall-anzjani. U biex insahhu u nipprovdu l-ahjar servizz lill-anzjani, il-Gvern qed jinvesti fir-rizorsi umani. Ghalhekk l-impjegati jinghataw tahrig u promozzjonijiet.
Dr. Mifsud Bonnici tkellem dwar il-progress li sarfir-Residenza ghall-Anzjani San Vincenz de Paul. Huwa qal li bhalissa qed jinbnew mill-gdid zewg blokki fuq tlett sulari, s-Swali 1, 2, 3, 4, nisa u rgiel. Dan huwa progett ta' Lm 4.5 miljun.
Inxtraw tlett coaches godda moderni bil-lifters liswew Lm145,000. Il-Gvern prezenti qed jinvesti fl-infrastruttura biex is-servizzi lill-anzjani jkunu ta' l-ghola kwalita'.
L-Onor. Mifsud Bonnici kompla jghid li dawn is-servizzikollha huma essenzjali sabiex itejbu l-ambjent ta' fejn jghixu l-anzjani imma l-aqwa haga hija li l-anzjani jehtieg li jkollom servizz ta' ghajnuna personalizzata, meta jigu bzonnha.
Ghalhekk l-aqwa investiment, il-Gvern qed jghamlufil-haddiema tieghu, sabiex ikunu mharrga u kwalifikati fil-gradi rispettivi taghhom. Huwa qal li f'residenza hekk kbira bhalma hi San Vincenz de Paul, hemm jghixu madwar 1,000 anzjan u jahdmu mad-900 impjegat. F'Novembru 2002, twaqqfet l-ghaqda GHASI, li hija Ghaqda Socjali Impjegati - SVPR. L-impjegati kollha membri fl-GHASI ser jibbenefikaw fl-Life Insurance Protection mill- HSBC.
Fost l-ghoxrin ittra ta’ hatra li tqassmu, hemmAssistant Direttur, Departmental Nursing Managers, NursingOfficers, Care Workers u Assistant Care Workers.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar lil dawn l-impjegatili huma jiddedikaw il-hin tax-xoghol taghhom mal-anzjani u allura heggighom sabiex ix-xoghol jehduh bhala vokazzjoni. Filwaqt li ferhilhom ghal dawn il-promozzjonijiet, huwa awguralhom success fil-hidma taghhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow