TQASSIM TA’ CERTIFIKATI
PR195
13/02/2003
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici illum qassam l-ittri ta' hatra lil numru ta' impjegati fid-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita'.
| F'diskors li ghamel, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici | qal li dawn il-hatriet ikomplu jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern prezenti li jtejjeb u jsahhah is-servizzi li qed dejjem nipprovdu lill-anzjani, kemm fir-Residenza San Vincenz de Paul, u fid-Djar residenzjali ghall-anzjani. U biex insahhu u nipprovdu l-ahjar servizz lill-anzjani, il-Gvern qed jinvesti fir-rizorsi umani. Ghalhekk l-impjegati jinghataw tahrig u promozzjonijiet. |
| Dr. Mifsud Bonnici tkellem dwar il-progress li sar | fir-Residenza ghall-Anzjani San Vincenz de Paul. Huwa qal li bhalissa qed jinbnew mill-gdid zewg blokki fuq tlett sulari, s-Swali 1, 2, 3, 4, nisa u rgiel. Dan huwa progett ta' Lm 4.5 miljun. |
| Inxtraw tlett coaches godda moderni bil-lifters li | swew Lm145,000. Il-Gvern prezenti qed jinvesti fl-infrastruttura biex is-servizzi lill-anzjani jkunu ta' l-ghola kwalita'. |
| L-Onor. Mifsud Bonnici kompla jghid li dawn is-servizzi | kollha huma essenzjali sabiex itejbu l-ambjent ta' fejn jghixu l-anzjani imma l-aqwa haga hija li l-anzjani jehtieg li jkollom servizz ta' ghajnuna personalizzata, meta jigu bzonnha. |
| Ghalhekk l-aqwa investiment, il-Gvern qed jghamlu | fil-haddiema tieghu, sabiex ikunu mharrga u kwalifikati fil-gradi rispettivi taghhom. Huwa qal li f'residenza hekk kbira bhalma hi San Vincenz de Paul, hemm jghixu madwar 1,000 anzjan u jahdmu mad-900 impjegat. F'Novembru 2002, twaqqfet l-ghaqda GHASI, li hija Ghaqda Socjali Impjegati - SVPR. L-impjegati kollha membri fl-GHASI ser jibbenefikaw fl-Life Insurance Protection mill- HSBC. |
| Fost l-ghoxrin ittra ta’ hatra li tqassmu, hemm | Assistant Direttur, Departmental Nursing Managers, NursingOfficers, Care Workers u Assistant Care Workers. |
| Is-Segretarju Parlamentari fakkar lil dawn l-impjegati | li huma jiddedikaw il-hin tax-xoghol taghhom mal-anzjani u allura heggighom sabiex ix-xoghol jehduh bhala vokazzjoni. Filwaqt li ferhilhom ghal dawn il-promozzjonijiet, huwa awguralhom success fil-hidma taghhom. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932