STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI DWAR IT-TNEDIJA TA’ SERVIZZ IEĦOR TA’ GVERN ELETTRONIKU
PR192
12/02/2003
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt illum nieda | servizz ieħor ta’ Gvern Elettroniku. Is-servizz imniedi llum huwa marbut mas-sistema ta’ infurzar lokali. L-infurzar fuq bażi lokali qed jiġi amminsitrat mill-Kunsilli Lokali wara li Gvern Nazzjonalista għadda din il-funzjoni lill-Kunsilli Lokali. |
| F’diskors li għamel il-Ministru Gatt, fisser dan | is-servizz bħala servizz ieħor fejn il-pubbliku jista` jagħmel użu mis-servizzi offruti mill-Gvern b’mod ferm iktar effiċjenti u mingħajr spejjeż żejda għaċ-ċittadin. Il-Ministru Gatt, saħaq li dan is-servizz huwa li għal darb’ oħra ġie mfassal madwar il-ħtiġijiet ta’ min jużah, f’dan il-każ il-poplu. Dr. Gatt, kompla, li dan is-servizz flimkien mal-bidliet radikali li saru fil-qasam ta` l-infurzar lokali, elimina kull tip ta’ klijentaliżmu li kien jeżisti qabel. |
| Dr. Austin Gatt fisser li dan huwa t-tieni servizz ta’ | Gvern Elettroniku li qed jiġi provdut mill-Gvern u li permezz tal-politika ta’ outsourcing tal-Gvern, ġie żviluppat mill-privat fi tnax il-ġimgħa. Huwa spjega li dan is-servizz huwa wieħed li jgħaqqad flimkien diversi setturi tal-Gvern ( id-Dipartiment Liċenzji tal-Vetturi, il-Kunsilli Lokali, u s-sistema kollha tal-infurzar lokali – Gwardjani u Tribunali). Il-Ministru Gatt, saħaq li l-iżvilupp ta’ dan is-servizz flimkien ma’ oħrajn mis-Settur Privat, huwa xhieda tal-fiduċja li l-Gvern għandu fil-ħiliet tal-intrapriża Maltija f’dan is-settur. Settur, li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, jkollu opportunitajiet ferm kbar ta’ żvillupp ulterjuri. |
| Il-Ministru Gatt, fisser li l-iżvillupp fis-servizz | tal-Gvern Elettroniku kien wieħed kbir. F’dawn l-aħħar sentejn sar investment kbir u tlestew is-sisien neċessarji tant li llum ninsabu fit-triq li jkollna 90% tas-servizzi li jipprovdi l-gvern on-line. |
| Dr. Austin Gatt, spjega, li il-Gvern mhux ser jieqaf | hawn. Filfatt Dr. Gatt ħabbar li fil-jiem li ġejjin, kull min irid ser jkollu email address b’xejn, u ser jibdew jitwaħħlu l-computers fiċ-ċentri ta’l-Informatika tal-Kunsilli Lokali. Rigward is-servizzi tal-e-Government il-Ministru Gatt, semmgħa l-fatt li permezz tal-Gvern Elettroniku, il-Gvern ser jkun qed jipprovdi ammont kbir ta’ servizzi oħra online, biex b’hekk inkunu fuq quddiem fost il-pajjiżi Ewropej. |
| Il-Ministru Gatt spjega, li dak li qed isir f’pajjiżna | huwa mingħajr dubju xhieda tal-bidliet kbar li ġab il-gvern Nazzjonalista, fejn is-Servizz Pubbliku li ħmistax il-sena ilu kien istituzzjoni ta’ korruzzjoni u klijentaliżmu, permezz ta’ l-informatika, illum ġie mibdul f’servizz miftuħ u trasparenti. |
| Sadanittant il-Ministru Gatt, tkellem ukoll dwar l-eżerċizzju | li ser isir din is-sena mill-Kummissjoni Ewropea, biex jsiru paraguni ma` jippargunaw l-avvanzi li għamlu l-pajjiżi applikanti meta komparati mal-pajjizi membri, f’dan il-qasam. Dr. Gatt semmgħa li huwa fiduċjuż, li Malta mhux biss tkun fil-quċċata fost il-pajjiżi kandidati, iżda tkun ukoll f’ċerti aspetti aħjar minn uħud mill-pajjiżi membri. |
| Sadanittant, dan is-servizz, jipprovdi il-faċilita` | li permezz tiegħu persuna tkun tista` tħallas il-kontravenzjonijiet b’mod elettroniku kif wkoll jinforma ruħu dwar kull kontravenzjoni li teżisti. Facilita` oħra li jipprovdi dan is-servizz huwa informazzjoni fuq is-seduti tat-tribunali u meta jkunu appuntati. |
L-indirizz tas-sit huwa www.les.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932