Left arrow Go Back

Stqarrija mill-ministeru ta` l-edukazzjoni dwar Erasmus BĦALA Passaport għall-Ewropa

PR185
Date Icon 11/02/2003

Fis-sentejn li għaddew 400 student Malti u Għawdxi diġa ipparteċipaw fil-programm edukattiv Erasmus ta' l-UE. Għas-sena li ġejja se jkun hemm post għal 400 student ieħor. Il-flus għal dawn il-korsijiet f'Universitajiet Ewropej qed jinħarġu mill-UE sa żewġ terzi ta' l-ammont meħtieġ u terz mill-Gvern Malti. L-istudenti ta' l-MCAST u l-ITS (Institute for Tourism Studies) għall-ewwel darba din is-sena se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm Erasmus.

Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea, waqt li kien qed jitkellem ma’ numru ta' studenti Maltin u Ewropej li qed jipparteċipaw fil-programm Erasmus.

Għat-tielet sena konsekuttiva, it-Taqsimatal-Programmi Ewropej (European Union Programmes Unit - EUPU) flimkien mal-kumitat Socrates qed iniedu l-applikazzjonijiet għall-istudenti ta' l-Universita' biex jipparteċipaw fil-Programm Erasmus ta' l-UE.
Il-Programm Erasmus hu parti mill-programm edukattivSocrates u jiffoka b'mod partikolari fuq l-istudenti fil-livell terzjarju. Fil-Laqgħa ħadu sehem ir-Rettur ta' l-Universita', l-Ambaxxatur ta' l-UE, Ronald Gallimore, il-President tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u oħrajn. Preżenti kien hemm ukoll il-Kummissarju Għoli Ingliż u l-Ambaxxatur tal-Germanja.
Il-Ministru Louis Galea irrefera ukoll għal diversistqarrijiet li qed tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista dwar l-Universita' u l-UE. Dr. Louis Galea qal li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant kien rapportat li qal li "l-Universita' diġa qed tirreġistra telf ta' Lm 1.5 miljun fis-sena". Il-fatti huma li ċ-ċifri għall-aħħar tlett snin juru li kien hemm żbilanċ ta' Lm2,000 fis-sena 2000, ta' Lm87,000 fis-sena 2001 u ta' Lm187,000 fis-sena 2002. Fejn huma allura l-Lm1.5 miljun żbilanċ fis-sena li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni?
Il-Ministru Louis Galea qal li l-OppożizzjoniLaburista qed tipprova ssib alternattiva x'tista' tbiegħ, flok sehem sħiħ fil-programmi ta' l-UE. Hu qal li l-ewwel qalu li se jinħoloq fond ta' Lm 1.5 miljun biex l-istudenti jkunu jistgħu immorru jistudjaw barra. Xi jiem wara qalu li dan hu biss 'revolving fund' li jfisser li hu self għall-istudenti. Imbgħad xi jiem oħra wara qalulna li dan hu fond għall-istudenti 'post-graduate', jiġifieri għal dawk li jkunu diġa għamlu kors fl-Universita' ta' Malta. L-Onor. Evarist Bartolo qal ukoll li dawn il-Lm1.5 miljun mhux se jintużaw għall-programmi edukattivi ta' l-UE. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jilgħab b'din Iċ-ċifra għax qed jgħid li dan il-fond ikun fih bejn miljun u miljun u nofs.
Il-Ministru Louis Galea fakkar ukoll li waqt li l-ispiżarikorrenti attwali ta' l-Universita' fl-1996 kienet ta' Lm 7.8 miljun, il-Gvern immexxi mill-partit ta’ l-Oppozizzjoni, fil-Budget għall-1998 naqqas dan l-ammont rikorrenti b'Lm 600,000 għal Lm 7.2 miljun. Il-Gvern prezenti din is-sena ivvota Lm 9.4 miljun għall-ispiża rikorrenti, jigifieri Lm 2.2 miljun aktar mill-1996.
L-istorja tal-Partit Laburista fil-Gvern hi storja ta'xeħħa u konflitt mal-qasam edukattiv fl-Universita' u ta' bibien magħluqa għall-istudenti. Il-Ministru fakkar li kien Gvern Laburista li ħaddem l-aktar sistema inġusta ta' numerus clausus meta daħħal sistema ta' punti u parrinu minflok il-kwalifiki akkademiċi.
Kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr. AlfredSant stess li kien imexxi l-kumitat li kien jagħżel min jidħol fl-Universita' u min jitħalla barra u issa lanqas jistħi ibeżża bin-numerus clausus.
Il-Ministru fakkar ukoll kif, qabel l-elezzjoni ta’l-1996, il-partit ta’ l-Oppozizzjoni kienu wegħdu li l-istipendji ma jintmissux, meta telgħu fil-Gvern insew dawn il-wegħdi u għamlu bl-oppost. Il-Partit Laburista' m’għandu jgawdi l-ebda fiduċja u kredibilita' fejn tidħol l-Universita'.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-isfida li għandu l-pajjiżm’hix kif ser jospita ftit mijiet ta' studenti mill-Ewropa, li forsi jitħajru jiġu jistudjaw Malta u j'Alla jiġu. L-isfida hi kif Malta se tkompli żżid eluf ta' Maltin u Għawdxin li jkomplu bl-istudji u t-taħriġ post-sekondarju u terzjarju. Il-Gvern wera bil-fatti li kapaċi jwettaq dan il-programm, għaliex bidel Universita’ ta' 800 student għal waħda li tilqa’ fiha aktar minn 10,000 ruħ u waqqaf l-MCAST b' 2,500 student.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow