PREZZ AĦJAR GĦAS-SAJJIEDA GĦAL TONN LI SE JKUN ESPORTAT
PR182
11/02/2003
Il-kooperazzjoni li kompliet tintwera matul is-sena li għaddiet bejn iż-żewġ kooperattivi tas-sajd wasslet biex is-sajjieda jiksbu prezz aħjar minn tas-sena l-oħra għat-tonn li se jmur għall-esportazzjoni fl-istaġun.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd l-Onor. Ninu Zammit meta dalgħodu attenda għall-iffirmar tal-kuntratt għall-esportazzjoni tat-tonn, bejn il-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd u l-Għaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd, f’isem is-sajjieda membri tagħhom, u l-kumpannija Azzopardi Fisheries.
| Dan il-kuntratt ikopri l-istaġun tat-tonn għal din | is-sena li jiftaħ fl-1 ta’ Mejju u jagħlaq fil-15 ta’ Lulju. Is-sejħa għal offerti maħruġa miż-żewġ kooperattivi flimkien kienet waħda internazzjonali. |
| Il-kuntratt jiggarantixxi lis-sajjieda Maltin prezz | ta’ Lm2.75-il kilo mill-1 sal-31 ta’ Mejju; prezz ta’ Lm2.25 kull kilo fix-xahar ta’ Ġunju, u prezz ta’ Lm2 kull kilo mill-1 sal-15 ta’ Lulju. Il-prezz għas-soror tal-ħut li ma jintagħżilx għall-esportazzjoni se jkun ta’ Lm4. Dan ifisser żieda ta’ 45ċ-il kilo fuq il-prezz tas-sena l-oħra fir-rigward tat-tonn maqbud f’Mejju, u żieda ta’ 20ċ-il kilo fil-prezz tat-tonn li ma jkunx esportat u jinbiegħ lokalment. |
| Il-Ministru Zammit wera sodisfazzjon tiegħu li matul | is-sena li għaddiet iż-żewġ kooperattivi baqgħu jaħdmu flimkien tant li anki waslu biex organizzaw laqgħat flimkien biex is-sajjieda jifhmu xi tfisser għal dan is-settur, is-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru Zammit irrifera wkoll għall-għajnuna li | qed tingħata lis-sajjieda biex jinstallaw l-apparat ta’ sigurtà meħtieġ kif ukoll biex jimmodernizzaw il-bastimenti tagħhom, ħalli jkunu anki kapaċi jikkompetu ma’ sajjieda barranin fl-operat tagħhom barra ż-żona ta’ konservazzjoni. Hu qal li mill-pakkett ta’ Lm2.4 miljun, diġà tqassmu aktar minn Lm280,000 f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat. |
| Hu fakkar fil-mozzjoni li kienet approvata mill-Parlament | is-sena l-oħra u qal li bis-saħħa ta’ dak li approvat il-Kamra, is-sajjieda għandhom l-opportunità li jieħdu dawk l-inizjattivi li permezz tagħhom iħossu li jistgħu jsaħħu l-operat tagħhom anki fir-rigward tas-sajd għat-tonn, biex b’hekk ukoll ikunu jistgħu jikkompetu mas-sajjieda barranin. Hu fakkar li s-sajd għat-tonn hu importanti ħafna għas-sajjieda Maltin tant li d-dħul mill-bejgħ tat-tonn jammonta għal terz mid-dħul ta’ l-industrija tas-sajd. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932