SALA FIL-MUŻEW TA’ L-ARKEOLOĠIJA F’GĦAWDEX MIFTUĦA MILL-ĠDID GĦALL-PUBBLIKU
PR181
11/02/2003
| Is-sala prinċipali fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija ta’ Għawdex | tinsab miftuħa mill-ġdid għall-pubbliku wara li fiha saru xogħlijiet kemm strutturali kif ukoll ta’ tisbiħ. |
| Is-sala li tiġbor fiha għadd ta’ fdalijiet ta’ żmien | il-Puniċi u r-Rumani, ilha magħluqa għall-pubbliku għal diversi xhur. Wara li saru xogħlijiet strutturali fuq il-bejt tas-sala, giet stallata sistema ġdida u moderna ta’ l-elettriku u ġew riorganizzati wkoll l-esebiti li jinsabu f’din is-sala. Issa din is-sala toffri nterpretazzjoni aħjar ta’ l-oġġetti li jinsabu għall-wiri fiha. |
| Dawn ix-xogħlijiet saru mit-Taqsima tal-Mużewijiet fi ħdan id-Dipartiment | tal-Customer Services,Ministeru għal Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932