IMPORTANZA LILL-KULTURA U L-IDENTITA’ TAL-PAJJIŻI MEMBRI TA` L-UE
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal | li l-Unjoni Ewropea kienet tagħti importanza kbira lill-kultura u l-identita’ tal-pajjjiżi membri. Dan qalu meta inawgura uffiċjalment in-niċċa ta’ San Pawl fis-Saqqajja, ir-Rabat. |
| Għalhekk mhux biss kien miftiehem li l-lingwa | Maltija tkun lingwa uffiċjali ta’ l-UE, li l-liġijiet u d-dokumenti uffiċjali kollha jkunu wkoll bil-Malti u li tikteb lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea bil-Malti u tingħata tweġiba bil-Malti iżda tgħin ukoll permezz ta’ fondi apposta biex jitħares il-wirt storiku ta’ pajjiżna inklużi s-swar, akwedotti, knejjes, bini storiku u ċentri antiki ta’ bliet u rħula. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti, | permezz ta’ strutturi li waqqaf apposta bħall-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina u permezz tal-Unit għar-Restawr diġa` qed iwettaq proġetti ta’ restawr u riabilitazzjoni mal-pajjiż kollu iżda bl-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea jkun jista’ jagħmel ħafna aktar. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li | din il-ġimgħa kien l-Imdina fejn il-Gvern, permezz tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni ta’ l-Imdina, qed iwettaq proġett ta’ tneħħija ta’ wires minn mal-ħitan ta’ din il-belt qadima. Dawn il-wires qed jitpoġġew taħt l-art, filwaqt li t-toroq ta` din il-lokalita` ser jinksew mill-gdid b’pavimentar ġdid. Dan il-proġett li se jiswa madwar Lm900,000. |
| Minn barra dan il-proġett ewlieni qed jitwettqu | diversi proġetti oħra li qed ikomplu jagħtu spinta ’l quddiem lill-wirt storiku ta’ pajjiżna. Proġett minn dawn kien dak tar-restawr tan-niċċa ta’ San Pawl fis-Saqqajja, ir-Rabat li qed jitwettaq minn restawraturi Maltin fi ħdan il-Unit għar-Restawr bl-appoġġ ta’ restawraturi Taljani mid-ditta Sider-Iteras. |
| Din in-niċċa sofriet ħsarat konsiderevoli l-aktar | minħabba li fil-passat ingħatat diversi kisjiet ta’ cement. Issa dan is-cement tneħħa kollu u floku ntuża materjal li hu aktar kompatibbli mal-ġebla Maltija. Fil-proċess tar-restawr inkixef id-dettall arkitettoniku tal-lavur li kien intilef kompletament minħabba il-ħafna passati ta’ tibjid li kienu ngħataw tul is-snin. |
Din in-niċċa tmur lura għal bidu tas-Seklu Tmintax. Francis Zammit Dimech qal li fil-proċess tar-restawr l-aktar deċiżjoni iebsa li kellha tittieħed kienet dwar l-għażla tal-kuluri tan-niċċa. Din in-niċċa għall-aħħar snin kienet ingħatat kulur aħmar skur, li ma kienx addattat għaliha. Wara studju xjentifiku li sar fiċ-Ċentru tar-Restawr, u wara analiżi dettaljata li saret fuq is-sit, ġie stabbilit il-kulur oriġinali tan-niċċa li reġa’ ngħata llum.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura żied jgħid li l-Gvern kien kommess li jkompli jieħu ħsieb il-patrimonju storiku u artistiku ta’ pajjiżna u li bl-għajnuna mill-fondi li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-pajjiżi membri tagħha jżid il-ħidma tiegħu. Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna, bi storja li tmur lura 7000 sena, għandu identita’ li tagħmlu nazzjon.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932