Left arrow Go Back

IMPORTANZA LILL-KULTURA U L-IDENTITA’ TAL-PAJJIŻI MEMBRI TA` L-UE

PR176
Date Icon 07/02/2003
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qalli l-Unjoni Ewropea kienet tagħti importanza kbira lill-kultura u l-identita’ tal-pajjjiżi membri. Dan qalu meta inawgura uffiċjalment in-niċċa ta’ San Pawl fis-Saqqajja, ir-Rabat.
Għalhekk mhux biss kien miftiehem li l-lingwaMaltija tkun lingwa uffiċjali ta’ l-UE, li l-liġijiet u d-dokumenti uffiċjali kollha jkunu wkoll bil-Malti u li tikteb lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea bil-Malti u tingħata tweġiba bil-Malti iżda tgħin ukoll permezz ta’ fondi apposta biex jitħares il-wirt storiku ta’ pajjiżna inklużi s-swar, akwedotti, knejjes, bini storiku u ċentri antiki ta’ bliet u rħula.
Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti,permezz ta’ strutturi li waqqaf apposta bħall-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina u permezz tal-Unit għar-Restawr diġa` qed iwettaq proġetti ta’ restawr u riabilitazzjoni mal-pajjiż kollu iżda bl-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea jkun jista’ jagħmel ħafna aktar.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal lidin il-ġimgħa kien l-Imdina fejn il-Gvern, permezz tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni ta’ l-Imdina, qed iwettaq proġett ta’ tneħħija ta’ wires minn mal-ħitan ta’ din il-belt qadima. Dawn il-wires qed jitpoġġew taħt l-art, filwaqt li t-toroq ta` din il-lokalita` ser jinksew mill-gdid b’pavimentar ġdid. Dan il-proġett li se jiswa madwar Lm900,000.
Minn barra dan il-proġett ewlieni qed jitwettqudiversi proġetti oħra li qed ikomplu jagħtu spinta ’l quddiem lill-wirt storiku ta’ pajjiżna. Proġett minn dawn kien dak tar-restawr tan-niċċa ta’ San Pawl fis-Saqqajja, ir-Rabat li qed jitwettaq minn restawraturi Maltin fi ħdan il-Unit għar-Restawr bl-appoġġ ta’ restawraturi Taljani mid-ditta Sider-Iteras.
Din in-niċċa sofriet ħsarat konsiderevoli l-aktarminħabba li fil-passat ingħatat diversi kisjiet ta’ cement. Issa dan is-cement tneħħa kollu u floku ntuża materjal li hu aktar kompatibbli mal-ġebla Maltija. Fil-proċess tar-restawr inkixef id-dettall arkitettoniku tal-lavur li kien intilef kompletament minħabba il-ħafna passati ta’ tibjid li kienu ngħataw tul is-snin.

Din in-niċċa tmur lura għal bidu tas-Seklu Tmintax. Francis Zammit Dimech qal li fil-proċess tar-restawr l-aktar deċiżjoni iebsa li kellha tittieħed kienet dwar l-għażla tal-kuluri tan-niċċa. Din in-niċċa għall-aħħar snin kienet ingħatat kulur aħmar skur, li ma kienx addattat għaliha. Wara studju xjentifiku li sar fiċ-Ċentru tar-Restawr, u wara analiżi dettaljata li saret fuq is-sit, ġie stabbilit il-kulur oriġinali tan-niċċa li reġa’ ngħata llum.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura żied jgħid li l-Gvern kien kommess li jkompli jieħu ħsieb il-patrimonju storiku u artistiku ta’ pajjiżna u li bl-għajnuna mill-fondi li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-pajjiżi membri tagħha jżid il-ħidma tiegħu. Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna, bi storja li tmur lura 7000 sena, għandu identita’ li tagħmlu nazzjon.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow