IKTAR MINN LM10,000 F’GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL INIZJATTIVI KULTURALI F’GĦAWDEX
PR172
07/02/2003
| Minbarra l-għotja ta’ Lm17,000 f’inċentivi lill-għaqdiet mhux | governattivi Għawdxin imqassma illum, illum ukoll ġew imqassma l-għajnuniet finanzjarji għal inizjattivi kulturali f’Għawdex. |
| Għal darba oħra, il-Ministeru għal Għawdex | qiegħed jirikonoxxi u jgħin organizazzjonijiet u individwi li ħadu inizjattivi ta’ natura kulturali matul is-sena li għadha kif spiċċat. Permezz ta’ skema mnedija mill-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għaqdiet u individwi jgawdu minn għajnuna finanzjarja għal inizjattivi kulturali li jkunu saru matul is-sena li għaddiet. |
| Waqt laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, | bejn il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, is-Sur Vincent Grech, Chairperson Kumitat Organizzativ fi ħdan il-Kunsill tal-Kultura u individwi u għaqdiet li wettqu inizjattivi kulturali matul is-sena 2002, tqassmu Lm4,530 f’inċentivi lill-istess organizzaturi. Dawn bħala parti minn skema li minnha jgawdu baned, korijiet u artisti li jkunu ħadmu bis-sħiħ matul is-sena. |
| Minbarra dawn, artisti li | jkunu tellgħu wirjiet fi swali jew f’postijiet oħra ukoll barra minn Malta jingħataw assistenza finanzjarja u anke għajnuna oħra b’materjal matul il-kumplament tas-sena. |
| Fil-fatt, matul is-sena 2002 l-inċentivi mogħtija | fil-qasam kulturali ilaħħqu madwar Lm7,000. Dawn mingħajr l-ispejjeż involuti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet oħra ta’ natura kulturali, bħall-Karnival (Lm12,145) jew assistenza oħra liż-żewġ teatri f’Għawdex (Lm5,000) fl-organizzazzjoni annwali ta’ l-opra lirika. |
| Waqt l-istess laqgħa tqassmu wkoll Lm1,310 premijiet | marbuta mal-kompetizzjonijiet tal-Milied 2002. Fosthom kien hemm premijiet ta’ kompetizzjonijiet għall-aħjar presepju statiku, presepju mekkaniku u armar ta' toroq u pjazez. Fl-istess ħin, dawn l-għotjiet huma rikonoxximent u apprezzament ta’ inizjattivi privati li jfittxu li jżejnu lill-belt jew raħal tagħhom waqt iż-żmenijiet tal-Milied. |
| Tqassmu wkoll Lm4,175 lil 9 baned u | lill-kompetituri tal-Karnival 2003 bħala advanced money. Iktar tard jitqassmu l-advanced money lil 16-il skola f’Għawdex li se jippartecipaw fl-edizzjoni tal-Karnival 2003. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono | rringrazzjat lil dawk preżenti li anke matul din l-aħħar sena ħadmu bis-sħiħ sabiex il-qasam kulturali tal-gżira Għawdxija jibqa’ jiġi sostnut. “Minbarra li l-aspett kulturali huwa mportanti għal kull poplu għaliex huwa manifestazzjoni ta’ parti mill-identita’ kulturali ta’ l-istess poplu, vina kulturali qawwija tista’ tissarraf sabiex il-gżira Għawdxija tiġi promossa iktar bħala gżira ta’ kultura”. Il-Ministru Debono nkoraġġiet lil dawk preżenti biex anke matul din is-sena li ġejja jkomplu jinvolvu rwieħhom f’eżercizzji kulturali biex b’hekk ikomplu jsaħħu l-aspett kulturali tal-gżira ta’ Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932