Left arrow Go Back

SERVIZZI TA’ KURA AĦJAR GĦAL DAWK LI JBATU MINN DIFFIKULTÀ FIL-KOMUNIKAZZJONI U FIL-LINGWA

PR169
Date Icon 07/02/2003
Hu kkalkulat li madwar 20% tal-popolazzjoni Maltijatbati minn xi forma ta’ diżordni jew difett fil-komunikazzjoni u fil-lingwa. Fl-aħħar snin il-Gvern ħa diversi miżuri biex f’dan il-qasam jipprovdi servizz ta’ kura efficjenti lil dawk kollha li jbatu minn din it-tip ta’ kundizzjoni. Din il-kura tingħata fil-komunità u dan hu konformi mal-politika tal-Gvern li fejn hu possibbli s-servizzi ta’ kura jitressqu lejn il-klijent.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara metakien qiegħed jiftaħ uffiċjalment uffiċini ġodda ta’ l-iSpeech Language Department f’Hal-Luqa. Dan id-Dipartiment jaqa’ taħt id-Dipartiment tal-Kura Primarja li ħafna jassoċjawh biss mas-servizzi mogħtija mic-Centri tas-Saħħa. Tajjeb li wieħed ifakkar li d-Dipartiment tal-Kura Primarja hu responsabbli ghas-servizzi kollha ta’ kura li l-Gvern jipprovdi fil-komunità, fosthom is-servizz li joffri intervent għal kull min għandu diffikultà f’dan il-qasam.
Dan is-servizz ilu offrut ghal diversi snin imma kienbiss fl-1991 bit-twaqqif tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa li ngħatat spinta kbira kemm fis-servizz, kif ukoll partikularment fit-taħriġ u l-professjonalita’ ta’ dawk li joffru is-servizz. Grazzi għal dan l-Istitut dan id-Dipartiment jimpjega 50 terapista li kollha huma gradwati u hemm numru ta’ speċjalisti f’oqsma differenti ta’ din il-professjoni. Mill-1995, b’mod regolari ggradwaw numru ta’ speech pathologists. Is-sena l-oħra iggradwaw 17 li kollha gew impjegati f’dan id-Dipartiment. M’hemmx dubju li s-servizzi offruti huma professjonali u dan hu r-riżultat ta’ l-investiment għaqli fir-riżorsi umani li d-Diviżjoni qegħda tagħmel, kompla l-Ministru..
Dan id-Dipartiment ukoll ibbenifika minn programmLeonardo Da Vinci li toffri l-Unjoni Ewropea billi numru ta’ impjegati marru barra minn Malta għal esperjenzi oħra fil-linja tagħhom. Id-Dipartiment flimkien ma’ l-Istitut Għall-Harsien tal-Saħħa ipparteċipa ukoll fil-programm Erasmus.
Is-servizzi offruti minn dan id-Dipartiment humamifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha. Dan jiġi provdut minn 8 Ċentri tas-Saħħa u minn 13-il Berġa. Jingħataw ukoll servizz fl-iskejjel tal-gvern inklużi dawk għall-studenti bi bżonnijiet speċjali, f’Ċentri ta’ Taħriġ għall-Adulti, kif ukoll fid-Djar Residenzjali għall-Anzjani.
Issa li d-Dipartiment għandu uffiċini ġodda sejkun f’pożizzjoni aħjar biex joffri is-servizzi tiegħu minħabba l-faċilitajiet li issa qed jintużaw ukoll bħala klinika u post ta’ taħriġ għall-istess impjegati. Fl-aħħar snin id-Diviżjoni tas-Saħħa tat spinta biex l-impjegati jkollhom uffiċini aktar komdi fejn jaħdmu, għax dan fl-aħħar mill-aħħar, jgħin ukoll fil-provediment ta’ servizz ta’ kwalita’ għolja.
Fl-aħħar il-Ministru Deguara irringrazzja lil kullmin għen biex jitlestew l-uffiċini l-ġodda u awgura lill-impjegati ħafna ħidma u sodisfazzjon fix-xogħol li huma jwettqu b’tant dedikazzjoni. Huwa xieraq li x-xogħol ta’ tant nies dedikati ikun magħruf u rikonoxut.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow