Left arrow Mur Lura

IKTAR MINN 1,500 SIĠRA MQASSMA WAQT JUM IS-SIĠAR F’GĦAWDEX

PR168
Date Icon 07/02/2003
Bħal ma jsir kull sena, bħal dan iż-żmien, f’Għawdex jiġimfakkar Jum is-Siġar permezz ta’ programm għall-istudenti u taħwil ta’ siġar. Din is-sena, Jum is-Siġar ġie mfakkar illum il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar permezz ta’ taħwil ta’ siġar fi Triq San Anard, Xewkija, triq prinċipali li tgħaqqad lill-Belt Victoria ma’ l-irħula tax-Xagħra u n-Nadur.
Iċ-ċerimonja ta’ dalgħodu saretbil-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti ta’ l-iskola primarja tax-Xewkija li qraw ukoll poeżiji u essays dwar is-siġar. L-attivita’ saret fil-belveder il-ġdid li nbena mill-Ministeru għal Għawdex dan l-aħħar. Il-belveder huwa kkaraterizzat minn ammont ta’ siġar indiġeni li tħawlu apposta u joffri veduti mill-isbaħ fuq l-art agrikola tal-madwar. Dan il-belveder għandu l-għan ukoll li jintuża bħala resting area minn dawk kollha li jagħżlu li jesploraw dawn l-inħawi bil-mixi.
Waqt l-attivita’ ta’ dalgħodu, minbarra litħawlu siġar f’dan il-belveder, ġew imqassma kotba u pjanti lill-istudenti preżenti, kif wkoll 1400 siġra lil Kunsilli Lokali ta’Għawdex u madwar 150 siġra fost l-Iskejjel ta’Għawdex.
Fid-diskors tagħha ta’ l-okkażjoni, il-Ministrugħal Għawdex Giovanna Debono tkellmet dwar l-importanza ta’ preservazzjoni ta’ ambjent nadif u dwar id-dmir ta’ kull wieħed u waħda minna li jżomm l-ambjent ta` madwaru ta’ l-inqas sabiħ daqs kemm sabu w possibilment anke isbaħ. Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għas-sena li għadha kemm għaddiet li kienet sena rikonoxxuta mill-Ġnus Magħquda bħala s-Sena Internazzjonali ta’ l-Ekoturiżmu. Matul din is-sena l-Ministeru għal Għawdex nieda prodott turistiku ġdid ta’ mixjiet fil-kampanja, proġett li jista’ jitniżżel ukoll bħala inizjattiva oħra min-naħa tal-Gvern fit-tisħiħ u l-promozzjoni ta’ l-ambjent naturali. Madanakollu, saħqet il-Ministru Debono, il-ħidma li saret mill-Gvern u mis-settur privat matul is-Sena Internazzjonali ta’ l-EkoTuriżmu ma għandhiex tieqaf. Il-ħarsien ta’ l-ambjent naturali u allura ta’ l-ambjent san għandu jibqa’ mogħti l-importanza tagħna matul is-snin.
Fi tmiem id-diskors tagħha l-Ministru għal Għawdexirringrazzjat lil dawk kollha preżenti tal-kollaborazzjoni tagħhom matul is-sena sabiex Għawdex jinżamm f’ambjent nadif u jingħatalu r-rispett li jixraqlu f’dan ir-rigward.
Waqt l-attivita’ tkellmet ukoll is-Sindkutal-Lokalita’ tax-Xewkija, Monica Vella. Preżenti għall-attivita’ kien hemm ukoll id-Direttur għal Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, Joseph A. Portelli u c-Chairman tal-Kumitat għat-Titjib ta’ l-Ambjent f’Għawdex, Paul Camilleri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow