DIĠÀ TĦALLSU LM1,321,436 F’SUSSIDJI LIS-SETTUR AGRIKOLU
PR167
07/02/2003
| Il-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd Ninu Zammit qal li mindu bdiet | tkun irtirata l-protezzjoni fis-settur agrikolu seba’ xhur ilu, il-Gvern diġà ssussidja lill-bdiewa, lir-raħħala u lil produtturi oħra f’dan is-settur b’Lm1,321,436. Dan minbarra għajnuna oħra li kompliet tingħata lill-istess settur f’forom oħra, inkluż sussidju fuq bejgħ ta’ biegħa mill-pitkalija u għajnuna lir-raħħala fuq il-qatla taċ-ċanga. |
| Hu fakkar li din l-għajnuna hi parti mill-pakkett ta’ | Lm77 miljun li l-Gvern irnexxielu jinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea u li se jingħataw lill-produtturi fis-settur agrikolu fuq firxa ta’ 12-il sena biex mhux biss jibqa’ jkollhom dħul xieraq u ġust wara t-tneħħija tal-protezzjoni, iżda wkoll biex jirristrutturaw l-operat tagħhom u għaldaqstant tkun garantita s-sostenibbiltà tal-biedja f’pajjiżna, kemm fl-interess tal-poplu kollu kif ukoll ta’ l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. |
| Il-Ministru Zammit kien qed jitkellem waqt laqgħa | mal-bdiewa fl-Imġarr, li matulha ippreżenta Lm27,664 lill-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa bħala sussidju fuq bejgħ ta’ ħxejjex u frott li l-Kooperattiva għamlet mill-pitkalija. |
| Dwar il-flus preżentati lill-Kooperattiva, | il-Ministru Zammit fakkar li l-kummissjoni li titħallas lill-pitkala fuq il-biegħa mibjugħa mill-pitkalija tammonta għal 8 fil-mija, li 6.25 fil-mija minnhom titħallas direttament mill-bdiewa filwaqt li l-1.75 fil-mija l-oħra qed jissussidjahom il-Gvern. Hu qal li fil-futur qrib din il-forma ta’ għajnuna se tinbidel f’sistema ta’ marketing aid aktar vantaġġjuża u se tibda tingħata lill-Għaqdiet tal-Produtturi u lill-pitkala. |
| Il-Ministru Zammit enfasizza li jekk tabilħaqq | kulħadd jemmen li l-biedja trid tibqa’ ħajja u tissaħħaħ għandha bżonn din l-għajnuna finanzjarja li beda jagħti l-Gvern preżenti, aktar u aktar meta hu fatt magħruf li l-protezzjoni trid tispiċċa anki mingħajr sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-vantaġġ tas-sħubija se jkun, kompla l-Ministru Zammit, li l-piż m’hux se jkollu jerfgħu l-Gvern Malti waħdu, iżda se jintrefa’ bi sħab bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. |
| Hu kompla li l-Unjoni Ewropea m’hix se tiffinanzja | biss il-pakkett speċjali, iżda għandha programmi oħra ta’ għajnuna sostanzjali li minnhom jista’ jibbenefika s-settur agrikolu, fosthom dak ta’ l-iżvilupp rurali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932