TĦEJJIET DOKUMENTAZZJONI GĦAL GĦAJNUNA MILL-UE GĦALL-QASAM AMBJENTALI
PR164
06/02/2003
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal | li l-Unjoni Ewropea kellha l-ogħla livelli ambjentali fid-dinja li aħna nixtiequ li nilħqu iżda li s’issa ma setgħax ikollna minħabba nuqqas ta’ fondi. Dan qalu meta kien qed iniedi programm ekoloġiku dwar l-iskart fl-iskejjel, organizzat mill-Kulleġġ De La Salle. |
| Bl-għajnuna ta’ għotjiet minn fondi ta’ l-Unjoni | Ewropea Malta issa se tkun f’pożizzjoni li tilħaq dawn il-livelli fl-oqsma tal-kwalita’ ta’ l-arja, kwalita’ ta’ l-ilma u immaniġġjar ta’ skart solidu u likwidu. Il-Gvern diġa` ħejja id-dokumentazzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jieħu għajnuna minn fondi ta’ l-UE għall-proġetti marbuta ma’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu u mat-tisfija tad-drenaġġ u proġetti oħra ambjentali. |
| Francis Zammit Dimech qal li r-riċiklaġġ kien | kruċjali biex tirnexxi l-istrateġija għall-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu fil-gżejjer Maltin. Skond il-ftehim li lħaqna ma’ l-Unjoni Ewropea, l-2005 irridu nkunu qed nirriċiklaw ta’ l-inqas 25 fil-mija ta’ l-iskart kollu ta’ l-ippakkjar. Sa l-aħħar ta`2009, Malta se tkun qed tirriċikla ta’ l-inqas 15 fil-mija ta’ l-iskart mill-plastik. |
| Il-Ministru qal li l-istrateġija | għall-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu tagħti mportanza kbira lil programm kontinwu ta’ komunikazzjoni ma’ dawk kollha involuti f’din l-istrateġija. Għal dan l-iskop kienet twaqqfet task force, taħt l-awspiċi tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u kkoordinata minn Proġett Skart bl-iskop li jitħejjew pakketti edukattivi li jitrattaw l-immaniġġjar ta’ l-iskart f’suġġetti mgħallma fl-iskejjel primarji u sekondarji. L-iskop ta’ din l-inizjattiva kien li l-istudenti jkollhom kuntatt mas-suġġett ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart matul iż-żmien li jagħmlu l-iskola. F’nofs ix-xahar li għadda Proġett Skart nieda eżerċizzju għas-separazzjoni ta’ l-iskart f’25 skola fuq l-istess linji ta’ dak li qed jitwettaq fid-djar, eżerċizzju li kien se jinfirex għall-iskejjel kollha. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li | l-attivitajiet mwettqa minn studenti, scouts u girl guides kienu kulma jmur jiżdiedu. Żied jgħid li f’dawn l-aħħar ġimgħat żar grupp ta’ scouts li kienu għall-kamp annwali tagħhom f’Marsaxlokk fejn ħadu inizjattiva li jisseparaw l-iskart. Dan l-aħħar żar l-Impjant tal-Kompostaġġ f’Sant’Antnin fejn il-Malta Girl Guides Association kienu qed jieħdu fliexken tal-plastik biex ikunu riċiklati. F’din l-inizjattiva tal-Girl Guides, inġabru 82,000 fliexken tal-plastik minn 12-il lokalita’. Dawn il-fliexken inġabru l-aktar mid-djar u kienu parti minn pjan tal-Malta Girl Guides Association biex jedukaw liż-żgħażagħ dwar problemi ambjentali. Bl-għajnuna ta’ Proġett Skart dawn il-fliexken ittieħdu fl-Impjant ta’ Sant’Antnin fejn intgħażlu u ġew imballati biex jinbiegħu u jiġu esportati għar-riċiklaġġ. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li dak li kien qed | jiġi mniedi illum kien jifforma parti minn Proġett għas-Separazzjoni ta’ l-Iskart fl-Iskejjel li għalih kienet qed jagħti għajnuna Proġett Skart permezz ta’ diversi inizjattivi. |
Il-Ministru elenka dawn l-inizjattivi li jinkludu
- L-awditjar ta’ l-iskart kollu biex tkun magħrufa l-qagħda preżenti u jiġu identifikati opportunitajiet għal titjib. Dan igħin biex ikunu kwantifikati il-frazzjonijiet differenti ta’ l-iskart li huma tajbin għall-kompostaġġ, riċiklaġġ u forom oħra ta’ disponiment.
- Il-provediment ta’ bins fuq ir-roti għall-ġbir separat ta’ erba’ frazzjonijiet ta’ skart: karta, plastik, metal u ħġieġ għall-iskejjel Junior, Senior u Sixth Form fejn hemm popolazzjoni studenteska ta’ 1,600. F’dan il-proċess se niffokaw fuq il-karta, bottijiet tal-plastik u aluminju li għalihom diġa` hemm swieq.
- Għajnuna għal programmi għal studenti u għalliema biex jitnaqqas l-iskart fis-setturi differenti ta’ l-iskola. L-awditjar ta’ l-iskart se jipprovdi bench mark li fuqu jitkejjel is-suċċess tal-proġett.
- Appoġġ edukattiv dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. L-iskola qiegħdha diġa taħdem fuq programmi differenti biex l-istudenti jsiru aktar konxji mill-ambjent u din l-inizjattiva għandha tgħin biex tiżviluppa dan il-kunċett b’mod partikolari fejn jidħol l-iskart.
- Għajnuna biex jsir kompostaġġ fl-iskola. Għal dan l-iskop fi żmien qasir Proġett Skart se jipprovdi compost bins u l-informazzjoni meħtieġa biex isir il-kompostaġġ. L-iskola qed taħseb biex ’il quddiem tuża dan il-kompost internament fl-inħawi imsebbħa b’siġar u pjanti.
| Il-Ministru tenna li kien ta’ pjaċir għalih | jinnota li din l-iskola kienet qed tippjana li tingħata ċertifikat ambjentali. Kien ukoll f’dan il-kuntest li l-isforz għall-immaniġġjar ta’ l-iskart kien qed jiġi indirizzat bi priorita’. Hu żied jispjega li l-proġett tat-3Rs – reduction, re-use, recyling – li kien qed ikun imniedi kien se igħin biex jintlaħaq dan l-iskop. |
| Francis Zammit Dimech qal li bħala Ministru | responsabbli mill-istrateġija għall-immaniġġjar ta’ l-iskart solidu u likwidu hu jinkoraġġixxi dawn l-inizjattivi miż-żgħażagħ ta’ pajjżna għaliex jemmen li ebda strateġija ma tirnexxi jekk ma ninvolvux fiha ż-żgħażagħ tagħna li huma wkoll protagonisti attivi fil-ħajja ta’ pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932