L-AĦĦAR PASSI LEJN L-EWROPA FUQ L-INTERNET
PR163
06/02/2003
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qed ixandar fuq il-website tiegħu www.doi.gov.mtfeature dwar l-aħħar żviluppi fil-mixja ta’ Malta lejn l-Unjoni Ewropea.
Lejn Sħubija fit-Tkabbir Li Jmiss, imur lura għall-14 ta’ Diċembru li għadda, meta għalqu n-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, u jfakkar dan l-avveniment b’audio recording tal-Konferenza Stampa tal-Prim Ministru hekk kif wasal lura minn Copenhagen.
| L-avvenimenti li ġraw minn dak inhar ’l hawn huma | mfakkra permezz ta’ sensiela ta’ video u audio recordings, fosthom id-diskorsi tal-Prim Ministru fil-ftuħ u l-għeluq tad-Dibattitu Parlamentari dwar il-Mozzjoni tar-Referendum, id-diskorsi kollha li saru waqt is-Seminar dwar l-Unjoni Ewropea organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, il-Konferenza Stampa Konġunta mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Gunther Verheugen, l-iffirmar tar-Writ tar-Referendum mill-President ta’ Malta u x-xandira lin-Nazzjon mill-Prim Ministru, dak inhar li tħabbret id-data tar-Referendum. |
| Hemm ukoll video recording tal-Messaġġ ta’ | Romano Prodi lill-poplu Malti, kif ukoll it-testi sħaħ tar-Riżoluzzjoni approvata mill-Parlament, ir-Writ tar-Referendum, il-Protokoll dwar l-abort flimkien ma’ l-ittra ta’ ringrazzjament lill-Gvern mill-Arċisqof, u l-korrispondenza li għaddiet bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dwar ir-Referendum u l-Elezzjoni Ġenerali. |
| Il-feature ser jibqa’ jiġi aġġornat | regolarment permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dokumenti, ritratti u video/audio recordings. Għal benefiċċju tal-pubbliku, dawk li m’għandhomx aċċess għal internet huma mistiedna jiġu jaraw dan il-feature fl-uffiċċju tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, fil-ħinijiet tax-xogħol. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932