Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-kumpaniji ta’ l-I.C.T. lokali jkollhom opportunitajiet kbar
PR161
06/02/2003
| Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea jeżistu diversi opportunitajiet | għall-kumpaniji Maltin fil-qasam tal-ICT, li jekk nibqgħu barra, jistgħu jisfumaw. Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti preżenti fi tmiem żjara li saret lill-kumpanija Philip Toledo Limited. |
| Malta bħala membri tal-Unjoni Ewropea pajjiżna jkun | jistgħa jibbenfika minn dawn l-opportunitajiet. Il-Ministru Gatt spejga, li pajjiżna għandu kumpaniji kapaċi, il-Malti għandu ħiliet kbar, prodotti tajbin kif ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna li tagħti lill-Unjoni Ewropea lill-kumpaniji tal-pajjiżi membri, li llum qed nikkompetu kontrihom. |
| Il-Ministru Gatt spjega li l-kumpaniji Maltin, bi | sħubija fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jikkompetu fuq level playing field. Huwa kompla li l-politika tal-Gvern li nagħmlu minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fir-reġjun tal-Mediterran, għandha twassal biex pajjiżna jisfrutta bil-kbir l-opportunitajiet li jeżistu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932