Is-settur ta’ l-inbid se jingħata spinta bis-sħubija fl-UE
PR158
05/02/2003
| B’riferenza għal dak li reġa’ tenna l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, | l-Onor. Dr. Alfred Sant il-bieraħ, fejn reġa’ ikkwota minn ittra li ntbagħtet mill-Malta Wines and Vines Association, il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd irid jerġa’ jfakkar lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, li bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, is-settur ta’ l-inbid se jingħata spinta ’l quddiem biex jikkompeti ma’ l-aqwa produtturi ta’ l-inbid, kif jixraq lill-produtturi lokali. |
| Il-produtturi jifhmu sew xi tfisser sħubija fl-Unjoni | Ewropea u kien għalhekk li qed isir l-investiment u r-ristrutturar meħtieġ. |
| L-industrija lokali ta’ l-inbid qed timmodernizza | ruħha u għandha bżonn il-qafas ta’ għajnuna li toffri biss is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Dan l-immodernizzar hu meħtieġ, irrispettivament minn sħubija jew le fl-Unjoni Ewropea. |
| Ta’ min wieħed ifakkar li bi kwalunkwe ftehim | ma’ l-Unjoni Ewropea, sew jekk sħubija, u sew jekk ‘partnership’ jew ftehim ta’ kummerċ ħieles, ir-regoli ta’ l-UE dwar il-labelling (it-tikketta) iridu jidħlu bilfors, filwaqt li l-levies ikollhom jitneħħew. Bid-differenza li mad-data ta’ sħubija se jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti tal-klawsola ta’ salvagwardja, biex f’każ ta’ diffikultajiet għal dan is-settur, jittieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni meħtieġa. |
| Il-fatt li l-artagrikola bid-dwieli żdiedet | minn 320 għal 480 ettaru f’dan il-perjodu, u l-fatt li hemm numru dejjem jiżdied ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tkabbir tad-dwieli, tagħti prova ta’ kemm għandhom fiduċja fil-futur ta’ dan is-settur l-għassara u l-bdiewa Maltin, b’riżultat tal-proċess ta’ sħubija. |
| F’dan l-isfond, tajjeb li nagħtu xi fatti dwar dak | li kien negozjat u dak li qed ikun offrut lill-għassara biex is-settur ta’ l-inbid ikompli jissaħħaħ. |
| In-negozjaturi Maltin innegozjaw dritt ta’ tkabbir | ta’ dwieli fuq medda ta’ 1,000 ettaru (9,000 tomna), kif ukoll perijodu transitorju għal skopijiet ta’ enrichment fuq inbid prodott minn għeneb ta’ varjetajiet lokali jew indiġeni (Girgentina u Ġellewża). Ta’ min jgħid li Ċipru, li hu għoxrin darba daqs Malta, ingħatat dritt ta’ tkabbir ta’ dwieli ta’ 2,000 ettaru biss. |
| Kienet negozjata wkoll għajnuna finanzjarja ta’ | Lm450 kull tomna, biex tingħata lill-bdiewa għat-tkabbir ta’ dwieli ta’ kwalità, inklużi dawk internazzjonali, kif ukoll għajnuna finanzjarja addizzjonali ta’ Lm45 għal kull tomna kull sena, bħala għajnuna lill-bdiewa. Din l-għajnuna tlaħħaq għal €5.1 miljun Ewro. Se tingħata wkoll għajnuna finanzjarja ta’ €2.47 miljun lill-għassara fuq għeneb jew ‘must’ impurtat għall-produzzjoni ta’ inbid tal-mejda. |
| Għar-rigward tar-regolamenti dwar il-labelling ta’ | l-inbid, saru diversi laqgħat bejn il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd u l-Malta Wines and Vines Association. |
| F’dawn il-laqgħat, l-għassara kienu mgħarrfa u | qablu li, permezz tal-pjan għall-iżvilupp rurali, jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, kemm qabel u kemm wara s-sħubija, biex issir kampanja ta’ marketing għas-settur, bil-għan li l-industrija ta’ l-inbid lokali tkompli tissaħħaħ fi żmien fejn il-produzzjoni lokali ta’ għeneb ta’ kwalità trid tilħaq il-livell meħtieġ, li ma jkunx hemm ħtieġa ta’ importazzjoni ta’ għeneb. |
| Iż-żieda fil-produzzjoni lokali ta’ għeneb ta’ | kwalità se twassal għall-produzzjoni ta’ nbid li jkun jista’ jiġi ċertifikat bħala nbid ta’ kwalità b’denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata (DOK) u li jiggarantixxi prezzijiet aħjar, kemm għall-bidwi kif ukoll għall-għassar. |
| Irid jingħad ukoll li ebda pajjiż ma jista’ | jipproduċi nbid b’għeneb impurtat u mbagħad isejjaħ u jbiegħ l-istess inbid bit-tikketta bil-varjetà ta’ l-għeneb u l-vintage year. It-tiketta tad-DOK tfisser, li l-għeneb użat bilfors irid ikun imkabbar fl-istess pajjiż. U dan skond ir-regoli u standards internazzjonali. |
| Tajjeb li jingħad ukoll li numru ta’ bdiewa diġà | qegħdin jidħlu f’kuntratti ma’ l-għassar bi prezzijiet ferm vantaġġjużi għall-bdiewa Maltin u Għawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932