Left arrow Go Back

Is-settur ta’ l-inbid se jingħata spinta bis-sħubija fl-UE

PR158
Date Icon 05/02/2003
B’riferenza għal dak li reġa’ tenna l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,l-Onor. Dr. Alfred Sant il-bieraħ, fejn reġa’ ikkwota minn ittra li ntbagħtet mill-Malta Wines and Vines Association, il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd irid jerġa’ jfakkar lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, li bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, is-settur ta’ l-inbid se jingħata spinta ’l quddiem biex jikkompeti ma’ l-aqwa produtturi ta’ l-inbid, kif jixraq lill-produtturi lokali.
Il-produtturi jifhmu sew xi tfisser sħubija fl-UnjoniEwropea u kien għalhekk li qed isir l-investiment u r-ristrutturar meħtieġ.
L-industrija lokali ta’ l-inbid qed timmodernizzaruħha u għandha bżonn il-qafas ta’ għajnuna li toffri biss is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Dan l-immodernizzar hu meħtieġ, irrispettivament minn sħubija jew le fl-Unjoni Ewropea.
Ta’ min wieħed ifakkar li bi kwalunkwe ftehimma’ l-Unjoni Ewropea, sew jekk sħubija, u sew jekk ‘partnership’ jew ftehim ta’ kummerċ ħieles, ir-regoli ta’ l-UE dwar il-labelling (it-tikketta) iridu jidħlu bilfors, filwaqt li l-levies ikollhom jitneħħew. Bid-differenza li mad-data ta’ sħubija se jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti tal-klawsola ta’ salvagwardja, biex f’każ ta’ diffikultajiet għal dan is-settur, jittieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni meħtieġa.
Il-fatt li l-artagrikola bid-dwieli żdiedetminn 320 għal 480 ettaru f’dan il-perjodu, u l-fatt li hemm numru dejjem jiżdied ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tkabbir tad-dwieli, tagħti prova ta’ kemm għandhom fiduċja fil-futur ta’ dan is-settur l-għassara u l-bdiewa Maltin, b’riżultat tal-proċess ta’ sħubija.
F’dan l-isfond, tajjeb li nagħtu xi fatti dwar dakli kien negozjat u dak li qed ikun offrut lill-għassara biex is-settur ta’ l-inbid ikompli jissaħħaħ.
In-negozjaturi Maltin innegozjaw dritt ta’ tkabbirta’ dwieli fuq medda ta’ 1,000 ettaru (9,000 tomna), kif ukoll perijodu transitorju għal skopijiet ta’ enrichment fuq inbid prodott minn għeneb ta’ varjetajiet lokali jew indiġeni (Girgentina u Ġellewża). Ta’ min jgħid li Ċipru, li hu għoxrin darba daqs Malta, ingħatat dritt ta’ tkabbir ta’ dwieli ta’ 2,000 ettaru biss.
Kienet negozjata wkoll għajnuna finanzjarja ta’Lm450 kull tomna, biex tingħata lill-bdiewa għat-tkabbir ta’ dwieli ta’ kwalità, inklużi dawk internazzjonali, kif ukoll għajnuna finanzjarja addizzjonali ta’ Lm45 għal kull tomna kull sena, bħala għajnuna lill-bdiewa. Din l-għajnuna tlaħħaq għal €5.1 miljun Ewro. Se tingħata wkoll għajnuna finanzjarja ta’ €2.47 miljun lill-għassara fuq għeneb jew ‘must’ impurtat għall-produzzjoni ta’ inbid tal-mejda.
Għar-rigward tar-regolamenti dwar il-labelling ta’l-inbid, saru diversi laqgħat bejn il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd u l-Malta Wines and Vines Association.
F’dawn il-laqgħat, l-għassara kienu mgħarrfa uqablu li, permezz tal-pjan għall-iżvilupp rurali, jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, kemm qabel u kemm wara s-sħubija, biex issir kampanja ta’ marketing għas-settur, bil-għan li l-industrija ta’ l-inbid lokali tkompli tissaħħaħ fi żmien fejn il-produzzjoni lokali ta’ għeneb ta’ kwalità trid tilħaq il-livell meħtieġ, li ma jkunx hemm ħtieġa ta’ importazzjoni ta’ għeneb.
Iż-żieda fil-produzzjoni lokali ta’ għeneb ta’kwalità se twassal għall-produzzjoni ta’ nbid li jkun jista’ jiġi ċertifikat bħala nbid ta’ kwalità b’denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata (DOK) u li jiggarantixxi prezzijiet aħjar, kemm għall-bidwi kif ukoll għall-għassar.
Irid jingħad ukoll li ebda pajjiż ma jista’jipproduċi nbid b’għeneb impurtat u mbagħad isejjaħ u jbiegħ l-istess inbid bit-tikketta bil-varjetà ta’ l-għeneb u l-vintage year. It-tiketta tad-DOK tfisser, li l-għeneb użat bilfors irid ikun imkabbar fl-istess pajjiż. U dan skond ir-regoli u standards internazzjonali.
Tajjeb li jingħad ukoll li numru ta’ bdiewa diġàqegħdin jidħlu f’kuntratti ma’ l-għassar bi prezzijiet ferm vantaġġjużi għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow