Left arrow Go Back

L-UE: Opportunita' Unika għall-Universita' Ta' Malta

PR156
Date Icon 05/02/2003
Ir-rapport ta’ sentejn u nofs ilu ta' l-Universita`jikkonferma li d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea (UE) ifisser opportunita` storika u unika għall-Universita` u l-istudenti u l-għalliema Maltin.
L-Universita` issa ilha snin taħdem biextinternazzjonalizza ruħha biex tagħti lill-Maltin Universita` moderna, ta’ kwalita`, u bl-aqwa kuntatti fl-Ewropa, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u kontinenti oħra. L-UE ser toffri l-aqwa spinta biex l-Universita` tilħaq il-miri tagħha. In-negozjati konklużi mill-Gvern ma’ l-UE jassiguraw li l-Universita` tista` tibqa` bla ħlas ta’ miżati u li l-istudenti Maltin jibqgħu jieħdu l-Maintenance Grant (l-iStipendji), filwaqt li l-Ewropej ma jeħduhomx. Barra minn hekk, l-istudenti jieħdu sehem sħiħ fil-Programmi Edukattivi Ewropej, ħaġa li jkunu mċaħħda minnha, jekk Malta ma ssirx membru ta’ l-UE.
Dawn kienu fost il-punti li tkellem dwarhomil-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea, meta ppubblika r-Rapport ta’ Kumitat nominat mir-Rettur ta’ l-Universita` u presedut mill-Professur Josef Lauri, u li kien intitolat ‘ The University of Malta and Malta’s Entry into the EU’ tas-7 ta’ Awissu, 2000. Il-Ministru Galea qassam ukoll lill-istampa Rapport preliminari li kien lesta l-Profs Lauri fit-22 ta’ Frar, 2000, u dokument ieħor li juri x-xogħol kbir li għamlet l-Univerista` f’dawn l-aħħar tlett snin biex tisfrutta l-opportunitajiet li tipprovdi l-UE u biex tħejji ruħha għat-tibdil mistenni.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-Onor. EvaristBartolo, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, sfida lill-Gvern jippubblika r-Rapport tal-Prof. Lauri. L-Onor Bartolo tkellem dwar rapport li sar kwazi tlett snin ilu fuq inizjattiva ta’ l-Universita’. Dan ir-rapport qatt ma kien xi ħaġa konfidenzjali, tant li tqassam lil ħafna nies, fosthom lill-membri kollha tas-Senat u tal-Kunsill, inkluż lir-rapprezentanti ta’ l-istudenti u tal-ħaddiema.
L-Onor. Evarist Bartolo ilu ħafna b’kopja ta’dawn id-dokumenti f’idejh. Il-Ministru Galea sostna li l-fatt li l-Onor Bartolo qed isemmihom issa, jfisser biss li l-Partit Laburista irid jikkwota dak li jaqbillu, jgħawweġ il-fatti, u jħawwad u jbezza` l-imħuħ, bħala parti mill-istrateġija tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni, biex iċaħħdu lill-Malta mid-dritt tagħha li tkun membru tal-UE.
Il-Ministru Galea spjega li kull min jirraguna, habl-akbar serjeta` l-politika tal-Gvern, kif konfermata b’mandat popolari wara l-ieħor, li jinnegozja d-dħul ta’ Malta fl-UE.
Istituzzjonijiet pubbliċi u privati għamlu l-istudjitagħhom u bdew iħejju ruħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet li ġġib magħha sħubija fil-UE. Hekk ukoll għamlet l-Universita`, kif kien dmir tagħha fl-interess ta’ l-istudenti, l-għalliema u l-pajjiż.
Kien għalhekk li r-Rettur ta’ l-Universita`, hekkkif erbgħa snin ilu bdew in-negozjati bejn Malta u l-UE, ħatar kumitat presedut mill-Prof Josef Lauri biex jeżamina u jirraporta fuq x’jista` jkun l-impatt fuq l-Universita`, bid-dħul ta’ Malta fl-UE.
Fit- 22 ta’ Frar, 2000 jigifieri tlett snin ilu, il-ProfLauri ipprepara dokument għad-diskussjoni tal-Kumitat intitolat ‘Report on the expected impact of European Union Membership on the University’. Dan id-dokument ġie diskuss ma’ esperti lokali u barranin. Il-membri tal-kumitat żaru diversi Universitajiet fl-Ewropa filwaqt li nġiebu Malta żewġ esperti awtorevoli fil-qasam ta’ l-edukazzjoni – Dr. Maurits van Rooijen u Prof Karl Landfried. Il-kumitat ippreżenta r-rapport tiegħu – The University of Malta and Malta’s Entry into the EU – fis-7 ta’ Awissu, 2000. Ir-rapport tqassam mir-Rettur lill-uffiċċjali ta’ l-Universita`, lill-membri tas-Senat u tal-Kunsill fejn hemm ir-rappreżentanti ta’ l-istudenti u l-ħaddiema.
Minn dak iż-żmien, l-Universita` ta’ Maltawettqet diversi mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport, kif jirriżulta mit-tagħrif li qed jingħata fid-dokument The action and outcomes following the Malta-EU UOM August 2000 Report, li r-Rettur ta’ l-Universita’ bagħat lill-Ministru l-bieraħ 4 ta’ Frar, 2003.
Il-Ministru Louis Galea faħħar l-għaqal u l-ħidmaserja u professjonali ta’ l-Universita`, li eżaminat l-isfidi u l-opportunitajiet li trid taffaċċja, meta Malta ssir membru tal-UE.

Ir-rapport jiddikjara:

" Having assessed the pros and cons of membership from the point of view of an institution of higher education the Committee looks favourably on Malta’s application to join the EU. This is because membership will open new doors for the University with increased access to funds and other forms of assistance which hitherto were unavailable or more difficult to achieve. International networking and research will become easier as will student and staff mobility. The profile of the University of Malta will be heightened as a result of membership and if the University employs its resources efficiently, it will succeed in carving a niche for itself particularly in Euro-Mediterranean co-operation.

Membership of the Union does, however, present the University with a number of challenges. The purpose of this report is to identify these challenges and to propose measures to meet them." (Paras. 3.1 & 3.2 of the Lauri Committee report )

Huwa fuq dawn l-isfidi u l-opportunitajiet li l-Gvern u l-Universita’ ħadmu f’dawn it-tlett snin.

  • Il-Gvern qed jaħdem biex aktar żgħażagħ u adulti Maltin ikomplu studji post-sekondarji u terzjarji. Huwa fatt li Malta jeħtieġ tgħolli l-persentaġġ ta’ dawk li jiksbu dawn il-kwalifiki. Hu għalhekk li qed jinvesti bil-kbir fl-edukazzjoni in ġenerali, inkluż fl-Universita` u l-MCAST. Huwa fatt li nidħlu jew ma nidħlux fl-UE, ser jibqa` l-bżonn ta’ investiment sostanzjali f’dan il-qasam. B’Malta fl-UE hemm ħafna aktar garanzija u għajnuna biex dan l-investiment isir.
  • Dan il-Gvern hu l-aktar Gvern li investa fl-Universita` u issa fl-MCAST; u hu dan il-Gvern li daħħal u saħħahħ l-għajnuna finanzjarja lill-istudenti u l-familja tagħhom. Kien bis-saħħa ta’ hekk, li ulied il-ħaddiema bi ħġarhom qed ifittxu l-Universita` u l-MCAST.
  • Il-Gvern m’aċċettax il-pariri tal-kumitat li jdaħħal il-ħlas ta’ miżati għall-Universita` u jemmen li studenti Ewropej li jiġu jistudjaw Malta jkunu ta’ benefiċċju sew għall-Universita` kif ukoll għall-pajjiż.
  • L-istudenti Ewropej li jistgħu jitħajjru jiġu jistudjaw f’Malta ma jkollhomx dritt għall-Maintenance Grant (l-iStipendju) kif jistabilixxi b’mod ċar l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-UE. Fil-fatt ir-Regolamenti dwar il-Maintenance Grants lill-istudenti diġa` jipprovdu li l-ebda student ma' jista` jibbenefika minn stipendju jekk ma jkunx ilu residenti f’Malta għal anqas minn ħames snin.
  • Ir-rapport jipprevedi li ftit mijiet ta' studenti Ewropej jistgħu jitħajjru jiġu jistudjaw f’Malta għall-ewwel Degree tagħhom, fi żmien ħames snin minn meta Malta issir membru fl-UE. L-istudenti Ewropej li jiġu biex jagħmlu studji post-graduate f'Malta, jridu jħallsu għaliex dawn il-korsijiet diġa` huma bi ħlas. Huwa fl-istess ħin mistenni li numru ta' studenti Maltin imorru f'Universitajiet u Kulleġġi fl-Ewropa biex jagħmlu l-istudju u t-taħriġ tagħhom b'kondizzjonijiet ħafna aktar favorevoli mil-lum.
  • Il-Gvern qed ikompli jinvesti fl-Universita` u l-MCAST biex itejjeb ir-riżorsi, il-faċilitajiet u jżid l-ispazji ħalli dawn ikunu jistgħu jaċċettaw aktar studenti u b’hekk jiġi assigurat li jkomplu jitjiebu l-opportunitajiet u l-kwalita` għall-istudenti Maltin li jkomplu bl-istudju u t-taħriġ tagħhom.
  • Il-Gvern hu konxju tal-ħtieġa li jikkonsidra sistema differenti ta’ finanzjar ta’ l-Universita` u l-MCAST (e.g.formula funding) biex jiġi assigurat li dawn ikollhom il-mezzi meħtieġa li jilqgħu sew għan-numru dejjem jiżdied ta’ studenti, kif ukoll għall-kwalita` tat-tagħlim u t-taħriġ.
  • L-Universita` diġa` qed tieħu l-passi meħtieġa biex tisfrutta l-opportunitajiet li l-internazzjonalizzazzjoni tagħha ser iġġib magħha. Diversi minn dawn il-miżuri jissemmew fid-dokument tal-4 ta’ Frar, 2003 Action and Outcomes following the Malta-EU UOM August 2000 Report.

Il-Ministru Louis Galea temm jgħid li l-poplu Malti, u l-istudenti u l-għalliema in partikolari, għandhom jiftakru li :

  • L-istorja tal-Partit Laburista hija xhieda ta’ xeħħa u konflitt ma’ l-Universita` u li wara sbatax-il sena ta’ Gvern Laburista, il-Gvern preżenti fl-1987 sab Universita` mfarrka bi 800 student.
  • Minkejja l-wegħda solenni fl-1996 li Gvern Laburista ma kienx ser imiss l-istipendji, fl-1997 dan naqqashom bin-nofs; u daħħal is-sistema tas-self għall-istudenti.
  • Li fl-istess nifs li jwegħdu ‘partnership’ ma’ kulħadd f’Malta, qed jheddu li mhumiex lesti jaħdmu ma’ min ma’ jaqbilx magħhom, kif iddikjaraw li jagħmlu fil-konfront tal-Prof. Kenneth Wain.
  • Li hija ħaġa ċerta li b'Malta barra mill-UE, l-istudenti Maltin ma jieħdux sehem sħiħ fil-Programmi Edukattivi Ewropej. Il-prova cara ta’ dan jagħtiha l-istess Partit ta’ l-Oppozizzjoni li biex jipprova jinganna lin-nies, qed jgħid li jagħmel fond ta' Lm1.5 miljun, biex minnu, l-istudenti jissellfu ħalli jmorru jistudjaw barra minn Malta. Dan ifisser li jkunu jridu jħallsu eluf kbar ta' liri, għax jiġu stmati bħala studenti barranin u mhux bħala studenti Ewropej. B'Malta fl-UE, l-istudenti jkunu stmati ndaqs ma' dawk Ewropej u l-flus tal-Programmi jitħallsu kollha mill-Budget Ewropew, li fih Malta ser tkun benefiċjarja netta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow