Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici ghamel zjara gewwa "The Venue" – l-isem moghti lit-tinda f'TA’ QALI fejn nhar is-Sibt, 8 ta' Frar ser isir il-Festival "Kanzunetta ghall-Ewropa". Dr Mifsud Bonnici

PR151
Date Icon 05/02/2003
Qegħdin naħdmu biex il-ħolqien tas-soċjeta ta’l-informatikatkun soċjeta li tassew tkun waħda inklussiva u li kulħadd ikollu l-opportunita’ li jisfrutta il-vantaġġi li qed joffri l-qasam tal-ICT. Dan qalu l-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt meta kien qed ikellem lill-ġurnalisti u lir-residenti tal-Komunita’ ta’ Santa Marija f’Hal-Luqa, waqt il-ftuħ ta’ Ċentru tal-Informatika.
Dan iċ-Ċentru li jinsab f’din il-komunita’operata minn Sedqa, qed jagħti l-oppurtunita’ lir-residenti tagħha biex jingħataw diversi livelli ta’ taħriġ.
Livell partikolari li qed jiġi offrut, huwal-European Computer Driving Licence (ECDL). Permezz ta’dan it-taħriġ, ir-residenti fil-komunita’, ikun jista’ jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza f’diversi oqsma tal-użu tal-kompjuter. Dan huwa ċeritifkat aċċettat ma’ l-Ewropa kollha u llum il-ġurnata, huwa essenzjali biex persuna tkun tista’ timpjega ruħha għal xogħol klerikali.
Il-livell l-ieħor huwa taħriġ li jwassallir-residenti biex ikollhom ċertifikazzjoni industrijali fil-qasam kif offruta minn Microsoft, Oracle u Cisco. Ċertifikati li huma, fost l-iktar ċertifikati avvanzati fil-qasam tal-ICT madwar id-dinja.
Dr. Austin Gatt fisser, li permezz ta’ din l-inizjattiva,"irnexxielna nġibu flimkien numru ta’ msieħba mis-settur pubbliku u mis-settur privat". Dan għen biex dak li ġie mniedi llum, jwassal biex illum ir-residenti tal-komunita’ ta’ Santa Marija għandhom opportunitajiet ġodda u reali.
Dr. Austin Gatt, irrefera wkoll għall-ftehim milħuqma’ Microsoft il-ġimgħa li għaddiet . Dr. Gatt spjega fid-dettal żewġ aspetti partikolari. L-ewwel wieħed huwa marbuta ma’ l-impenn minn Microsoft, li jgħin lil persuni b’diżabilita kif ukoll lil għaqdiet li jaħdmu ma’ dawn il-persuni. Impenn ieħor huwa dak li l-istudenti Maltin kollha f’kull livell ser jibbenefikaw mis-sistema Office XP bi prezz baxx ħafna.
B’referenza għal-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru,il-Ministru Gatt fisser li din l-inizjattiva għandha tiffaċilita bis-sħiħ, id-dħul lura fis-soċjeta tar-residenti tal-komunita ta’ Santa Marija. F’dan il-kuntest, Dr. Austin Gatt ħabbar ukoll li apparti t-taħriġ li ser jingħataw, iż-żgħażagħ ta’ din il-komunita ser jingħataw opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ placements fis-settur privat.
Il-Ministru Gatt kompla “nemmen, li aħna l-politiċigħandna rwol primarju, li nservu, u għalhekk rajna kif anke fil-qasam tal-informatika, nagħtu l-għajnuna tagħna b’riżq is-soċjeta Maltija."
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-PolitikaSoċjali, l-Onor. Lawrence Gonzi inkoraġixxa lir-residenti biex jagħrfu l-opportunitajiet offruti lilhom. Dr. Gonzi spjega li l-qasam tal-informatika m’huwiex biss marbut mal-qasam tan-negozju, iżda huwa parti reali mill-ħajja ta’ kulħadd. Għalhekk, kompla Dr. Gonzi, il-pass tal-lum jista’ tassew jitqies bħala pass fid-direzzjoni politika tal-Gvern, li ħadd ma jibqa’ lura.
Tkellmet ukoll Sina Bugeja mill-Agenzija Sedqa, lirringrazzjat liż-żewġ Ministri għall-fiduċja u l-appoġġ lill-Aġenzija Sedqa fl-inizjattivi tagħha. Hija faħħret ukoll lill-ħaddiema tal-Aġenzija għad-dedikazzjoni li wrew u għall-appoġġ li dejjem juru fil-ħidma tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow