Left arrow Mur Lura

'Kanzunetta ghall-Ewropa' - ghall-anzjani

PR150
Date Icon 05/02/2003
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, DrAntoine Mifsud Bonnici ghamel zjara gewwa "The Venue" – l-isem moghti lit-tinda f'TA’ QALI fejn nhar is-Sibt, 8 ta' Frar ser isir il-Festival "Kanzunetta ghall-Ewropa". Dr Mifsud Bonnici kien milqugh mic-chairman tal-Kumitat Maltasong, is-sur Charlot Bonnici.
Charlot Bonnici qal li din it-tinda tesgha madwar4,000 spettatur, kif ukoll hija accessibli ghal persuni bi htigijiet specjali. Ghalhekk fuq inizjattiva personali tas-Segretarju Parlamentari Dr Antoine Mifsud Bonnici, u bil-ko-operazzjoni ta' Maltasong, gie miftiehem li s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali jisponsorja din l-inizjattiva u jsiru l-arrangamenti kollha sabiex l-anzjani u persuni bi htigijiet specjali jattendu ghad-dress rehearsal nhar is-Sibt, 8 ta' Frar fl-10.00 a.m.
Ghalhekk, is-Segretarjat ghall-Anzjani qieghed joffribiljetti tad-dhul b'xejn lil anzjani kollha u l-persuni bi htigijiet specjali li jixtiequ jattendu. F'dan ix-show ser jinstemghu is-sittax il-kanzunetta tal-festival kif ukoll ikun hemm is-sehem ta' Ira Losco u r-rebbieha tal-Eurovision Song Contest 2002, u l-kantant tal-Eurovision 2003 ta' Izrael. Dawk kollha li jattendu iridu jkunu f'posthom fid-9.30 a.m.
Ghalhekk is-Segretarjat Parlamentari qed jistiedenlil dawk l-anzjani, ghaqdiet tal-Anzjani, ghaqdiet tal-pensjonanti, Kunsilli Lokali, u persuni bi htigijiet specjali li jixtiequ jattendu sabiex jigbru l-biljetti tad-dhul mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Triq ir-Repubblika, Valletta min-nhar l-Erbgha sa nhar il-Gimgha, fil-hinijiet tal-ufficcju (Tel. 2590 3493).
Ser ikun hemm trasport pubbliku minn Bieb il-Beltfit-8.30 a.m. dirett ghat-tinda ta’ Ta' Qali.
Dr Antoine Mifsud Bonnici, filwaqt li rringrazzja lic-chairmanCharlot Bonnici, u awguralu li l-Festival ikun success, heggeg lill-anzjani sabiex jattendu ghal dan l-avveniment uniku, li zgur ser ikun spettaklu li jibqghu jiftakru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow