JIBDA L-BINI TA' SKOLA ĠDIDA U KUMPLESS SPORTIV
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea żar is-sit fejn beda x-xogħol | għall-bini ta' skola sekondarja ġdida u kumpless sportiv reġjonali fil-limiti ta' Ħal Kirkop u Ħal-Safi. |
| Ilu jinħass il-bżonn ta' skola sekondarja ġdida | biex tkun tista tilqa' fiha l-istudenti ta' dawn l-inħawi. Għalkemm il-bżonn immedjat hu għal skola li tiflaħ madwar 750 student, l-iskola hi ppjanata li tkun tista tiflaħ sa 1000 student biex l-iskola taqdi l-bżonnijiet futuri wkoll. |
| Din l-iskola ġdida hi l-ewwel waħda li ġiet | pjanata u se tinbena mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (Foundation for Tomorrow's Schools -FTS). Il-Fondazzjoni ġiet imwaqqfa mill-Ministru Louis Galea fl-2001 biex twettaq programm ta' bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel tal-Gvern. Il-Fondazzjoni għandha programm intensiv li mistenni jitwettaq fi tmien snin u b'investiment ta' aktar minn 60 miljun lira. |
| Il-Gvern se jinvesti madwar Lm 2.5 miljun fl-iskola u | madwar Lm 2 miljun fil-kumpless sportiv. |
L-iskola hu maħsub li jkollha:
- 40 klassi u 43 resource room;
- 17-il kamra speċjalizzata li jinkludu kmamar għad-drama, mużika, arti, business u environmental studies, home economics u PSD;
- 6 laboratorji tal-kompjuter, 8 laboratorji tax-xjenza u 7 laboratorji tat-teknoloġija;
- Kappella u klinika;
- Faċilitajiet għall-istaff ta' l-iskola li jinkludu fost oħrajn tliet staff rooms, uffiċini, boardroom u erba' kmamar għall-laqgħat;
- Librerija;
- Multi-purpose hall;
- U diversi faċilitajiet sanitarji f'kull sular għall-istudenti u għall-istaff li jinkludu faċilitajiet għall-persuni b'diżabilita'.
Il-proġett jinkludi ukoll il-bini ta' kumpless sportiv reġjonali għal dawn l-inħawi fuq l-istess linji bħal dak ta' Għawdex, ta' l-Universita' u tal-Kottonera. Il-kumpless se jkun wieħed mill-kumplessi sportivi li l-Gvern qed jipprovdi biex f'kull reġjun ikun hemm faċilitajiet sportivi ta' l-għola livell. Il-Kumpless sportiv se jkun jinkludi:
- Multi-purpose football pitch;
- 6-lane Athletics track;
- 14-course Archery;
- Gym / Fitness area;
- Uffiċini;
- Caffetteria;
- U l-faċilitajiet sanitarji kollha meħtieġa.
Kemm l-iskola sekondarja kif ukoll il-kumpless sportiv se jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.
Is-sit kollhu li se jintuża għall-iskola u l-kumpless sportiv hu ta' aktar minn 26,000 metru kwadru (24 tomna) l-iskola se tinbena fuq 4,850 metru kwardu u biż-żewġ sulari ta' fuq se jkollha area kumplessiva ta' aktar minn 12,000 metru kwadru. Il-Kumpless sportiv ser jinbena fuq 2,400 metru kwadru u b'hekk se jkun hemm aktar minn 6,000 metru kwadru għal faċilitajiet rikreattivi għall-istudenti u Parkeġġ li jiflaħ aktar minn 168 karozza u 13-il coach. Se jkun hemm ukoll ġibja li tiflaħ 423,000 gallun ilma li jintużaw għall-bżonnijiet ta' l-iskola u l-kumpless sportiv.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern jinsab determinat li jagħmel mill-iskejjel tal-Gvern skejjel ta' l-ogħla kwalita'. Il-Gvern irid li tfal, studenti, għalliema u ġenituri ikunu aktar kburin u ferħana bl-iskejjel tal-Gvern. Fil-fatt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel ħafna xogħol biex tara li r-riżultati tat-tfal jitjiebu. Illum qed jgħaddu aktar tfal mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum u tas-SEC minn qabel.
Il-Ministru Galea qal li dan il-proġett kbir jikkonferma b'mod ċar l-impenn tal- Gvern favur l-edukazzjoni u l-isport. Il-Gvern mhux qed jaħdem biss biex itejjeb l-ambjent fiżiku u l-faċilitajiet ta' l-iskejjel. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed iwettaq Kurrikulu Nazjonali ġdid li l-mira tiegħu hi li jittrasforma l-edukazzjoni Maltija f'waħda mill-aħjar fid-dinja.
Il-Ministru sostna li ftit xhur biss wara li l-FTS bdiet il-ħidma tagħha, wettqet u qed twettaq diversi proġetti ta' benefiċċju għat-tfal tal-poplu Malti. Hu qal li l-FTS hi l-aħjar struttura biex jitwettqu x-xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat f'anqas ħin, bi standards għola u infieq aħjar tal-fondi pubbliċi. Il-Ministru temm jgħid li ftit żmien wara li twaqqfet l-FTS l-oppożizzjoni kienet qalet li meta tkun fil-Gvern iżżarma l-FTS.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932