Left arrow Go Back

JIBDA L-BINI TA' SKOLA ĠDIDA U KUMPLESS SPORTIV

PR149
Date Icon 04/02/2003
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea żar is-sit fejn beda x-xogħolgħall-bini ta' skola sekondarja ġdida u kumpless sportiv reġjonali fil-limiti ta' Ħal Kirkop u Ħal-Safi.
Ilu jinħass il-bżonn ta' skola sekondarja ġdidabiex tkun tista tilqa' fiha l-istudenti ta' dawn l-inħawi. Għalkemm il-bżonn immedjat hu għal skola li tiflaħ madwar 750 student, l-iskola hi ppjanata li tkun tista tiflaħ sa 1000 student biex l-iskola taqdi l-bżonnijiet futuri wkoll.
Din l-iskola ġdida hi l-ewwel waħda li ġietpjanata u se tinbena mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (Foundation for Tomorrow's Schools -FTS). Il-Fondazzjoni ġiet imwaqqfa mill-Ministru Louis Galea fl-2001 biex twettaq programm ta' bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel tal-Gvern. Il-Fondazzjoni għandha programm intensiv li mistenni jitwettaq fi tmien snin u b'investiment ta' aktar minn 60 miljun lira.
Il-Gvern se jinvesti madwar Lm 2.5 miljun fl-iskola umadwar Lm 2 miljun fil-kumpless sportiv.

L-iskola hu maħsub li jkollha:

  • 40 klassi u 43 resource room;
  • 17-il kamra speċjalizzata li jinkludu kmamar għad-drama, mużika, arti, business u environmental studies, home economics u PSD;
  • 6 laboratorji tal-kompjuter, 8 laboratorji tax-xjenza u 7 laboratorji tat-teknoloġija;
  • Kappella u klinika;
  • Faċilitajiet għall-istaff ta' l-iskola li jinkludu fost oħrajn tliet staff rooms, uffiċini, boardroom u erba' kmamar għall-laqgħat;
  • Librerija;
  • Multi-purpose hall;
  • U diversi faċilitajiet sanitarji f'kull sular għall-istudenti u għall-istaff li jinkludu faċilitajiet għall-persuni b'diżabilita'.

Il-proġett jinkludi ukoll il-bini ta' kumpless sportiv reġjonali għal dawn l-inħawi fuq l-istess linji bħal dak ta' Għawdex, ta' l-Universita' u tal-Kottonera. Il-kumpless se jkun wieħed mill-kumplessi sportivi li l-Gvern qed jipprovdi biex f'kull reġjun ikun hemm faċilitajiet sportivi ta' l-għola livell. Il-Kumpless sportiv se jkun jinkludi:

  • Multi-purpose football pitch;
  • 6-lane Athletics track;
  • 14-course Archery;
  • Gym / Fitness area;
  • Uffiċini;
  • Caffetteria;
  • U l-faċilitajiet sanitarji kollha meħtieġa.

Kemm l-iskola sekondarja kif ukoll il-kumpless sportiv se jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.

Is-sit kollhu li se jintuża għall-iskola u l-kumpless sportiv hu ta' aktar minn 26,000 metru kwadru (24 tomna) l-iskola se tinbena fuq 4,850 metru kwardu u biż-żewġ sulari ta' fuq se jkollha area kumplessiva ta' aktar minn 12,000 metru kwadru. Il-Kumpless sportiv ser jinbena fuq 2,400 metru kwadru u b'hekk se jkun hemm aktar minn 6,000 metru kwadru għal faċilitajiet rikreattivi għall-istudenti u Parkeġġ li jiflaħ aktar minn 168 karozza u 13-il coach. Se jkun hemm ukoll ġibja li tiflaħ 423,000 gallun ilma li jintużaw għall-bżonnijiet ta' l-iskola u l-kumpless sportiv.

Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern jinsab determinat li jagħmel mill-iskejjel tal-Gvern skejjel ta' l-ogħla kwalita'. Il-Gvern irid li tfal, studenti, għalliema u ġenituri ikunu aktar kburin u ferħana bl-iskejjel tal-Gvern. Fil-fatt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel ħafna xogħol biex tara li r-riżultati tat-tfal jitjiebu. Illum qed jgħaddu aktar tfal mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum u tas-SEC minn qabel.

Il-Ministru Galea qal li dan il-proġett kbir jikkonferma b'mod ċar l-impenn tal- Gvern favur l-edukazzjoni u l-isport. Il-Gvern mhux qed jaħdem biss biex itejjeb l-ambjent fiżiku u l-faċilitajiet ta' l-iskejjel. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed iwettaq Kurrikulu Nazjonali ġdid li l-mira tiegħu hi li jittrasforma l-edukazzjoni Maltija f'waħda mill-aħjar fid-dinja.

Il-Ministru sostna li ftit xhur biss wara li l-FTS bdiet il-ħidma tagħha, wettqet u qed twettaq diversi proġetti ta' benefiċċju għat-tfal tal-poplu Malti. Hu qal li l-FTS hi l-aħjar struttura biex jitwettqu x-xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat f'anqas ħin, bi standards għola u infieq aħjar tal-fondi pubbliċi. Il-Ministru temm jgħid li ftit żmien wara li twaqqfet l-FTS l-oppożizzjoni kienet qalet li meta tkun fil-Gvern iżżarma l-FTS.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow