DISKORS MILL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN, JOE BORG FIL-KONFERENZA TAL-UHM "SĦUBIJA FL-UNJONI EWROPEA - ĠEJJIENI AĦJAR GĦALINA" - QAWRA - IT-TLIETA, 4 TA' FRAR 2003
Sinjuri,
Nixtieq nirringrazzjakom għal din l-opportunita` li pprovdejtuli biex niddiskutu l-pakkett finali li rnexxielna niksbu fin-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Dan hu żmien importanti għal pajjiżna fejn qegħdin niddeċiedu fuq il-futur tagħna u ta’ pajjiżna.
L-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ilha, għal ħafna snin, waħda mill-miri ewlenin tal-politika ta’ dan il-Gvern. Il-Gvern jemmen li din hija l-unika triq realistika għal pajjiżna, triq li ser twassal għal benefiċċji kbar għaċ-ċittadini Maltin u għal mod kif ngħixu.
M’hemmx dubju li tista’ tgħid ir-regoli kollha, kif ukoll il-liġijiet u l-istandards kif osservati fl-UE, huma ta’ benefiċċju dirett għal Malta hekk kif qed naħdmu biex insaħħu l-kapaċita` tagħna biex nikkompetu u naċċertaw l-iżvilupp kontinwu tagħna. Fost dawn insibu, per eżempju:
- aċċess sħiħ għas-swieq Ewropej u ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni diġa għandha ftehim speċjali;
- kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, u aktar drittijiet għall-ħaddiema Maltin;
- aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżna u, jekk irridu, barra minn xtutna;
- il-fatt li wliedna jkunu jistgħu jgawdu minn parteċipazzjoni sħiħa fil-programmi edukattivi u dawk ta’ taħriġ vokazzjonali tal-Unjoni Ewropea;
Dawn kollha jiġu bi dritt bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Iżda kien hemm numru żgħir ta’ liġijiet li ħassejna li setgħu kellhom konsegwenzi mhux mixtieqa kieku kellhom jiġu applikati għall-pajjiżna mingħajr attenzjoni. Barra minn hekk kien hemm ukoll il-bżonn li nserrħu ras in-nies dwar ċerti aspetti fejn seta’ kellhom xi dubji. F'dawn l-oqsma ħadna ħsieb ninnegozzjaw għadd ta’ arranġamenti speċjali jew żminijiet ta’ transizzjoni li jagħtu kas tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Malta.
Fil-fatt ksibna seba’ u sebgħin arranġament differenti fil-pakkett tan-negozjati. Dan huwa numru akbar minn dak li akkwistaw il-pajjiżi kandidati l-oħra. Ksibna protokoll fuq l-abort u żewġ dikjarazzjonijiet dwar in-newtralita` u dwar Għawdex. Ksibna arranġamenti speċjali li jiffukaw, fost oħrajn, fuq il-bejgħ tal-proprjeta`, l-agrikoltura, it-tarzna, is-sajd u l-kaċċa u l-insib. Ksibna pakkett finanzjarju għal pajjiżna ta’ 81 miljun lira netti sal-2006.
Waqt li ridna li dawk il-Maltin li jkunu jixtiequ jaħdmu u jiksbu esperjenza fis-suq tax-xogħol Ewropew ikunu jistgħu jagħmlu dan mill-ewwel ġurnata ta’ sħubija bla restrizzjonijiet, ridna nserrħu ras kulħadd billi nżommu l-kontroll fuq il-ħaddiema Ewropej li jiġu hawn, speċjalment fl-ewwel ftit snin l-aktar sensittivi. Għalhekk ksibna arranġament ta’ seba’ snin fejn Malta tista’ timponi restrizzjonijiet f’każ ta’ biża’ ta’ dħul kbir ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea. Wara s-seba’ snin Malta tista’ titlob il-Kunsill, li Malta tkun tifforma parti minnu, biex issib soluzzjoni jekk ikun għad hemm xi biża f’dan ir-rigward.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, Malta kkommettiet ruħha li tapplika sad-data ta' sħubija l-istandards ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-politika soċjali, bħalma huma s-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni. F’dan il-qasam ġew negozjati erba’ perjodi transizzjonali fejn deherilna li kien importanti li nagħmlu dan sabiex jiġu evitati skossi, u sabiex naċċertaw li l-introduzzjoni ta’ dawn l-istandards tkun ta’ benefiċċju mingħajr ma dawn jkunu ta’ piż għall-pajjiż minħabba fl-għaġla. Ta’ min wieħed jgħid, f’dan ir-rigward, li fl-ewwel abbozz tal-pożizzjoni tagħna kien hemm numru żgħir ieħor ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni li konna ser nipprovaw ninnegozjaw. Kien biss wara l-interventi tal-UHM u l-Unions l-oħra fil-MEUSAC li n-numru ta’ talbiet niżel għal erbgħa.
Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, jinfetaħ is-suq Ewropew, u s-swieq ta’ aktar minn mitt pajjiż li għandhom xi forma ta’ ftehim kummerċjali ma’ l-UE. Dan is-suq usa għall-prodotti Maltin ifisser opportunitajiet kbar għas-settur tal-manifattura, u jservi sabiex tiżdied id-domanda għas-snajja tal-ħaddiema Maltin. Iservi wkoll sabiex jattira investituri minn pajjiżi terzi li jkunu jridu aċċess għas-suq Ewropew, suq ta’ 500 miljun persuna. Ta’ min wieħed ifakkar li agenziji bħalma huma Moody’s u Standards and Poor’s, innuttaw kemm-il darba li l-inċertezza dwar l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hija l-aktar ħaġa li qed iżżomm lill-investituri barranin milli jinvestu f’Malta.
Sinjuri,
| Sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser aktar saħħa | għall-Unions fix-xogħol tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. |
| Il-ħaddiema Maltin diġa għandhom numru mhux | żgħir ta’ drittijiet li kisbu tul is-snin bis-saħħa tal-unions tagħhom. Bi sħubija d-differenza tkun li dawn id-drittijiet mhux biss jiżdiedu, iżda l-ħaddiem jingħata wkoll id-dritt li jeżiġi, u għalhekk il-Unions tiegħu jkollhom is-saħħa li jitolbu, mill-Gvern Malti li jdaħħal u jinforza r-regoli komuni u l-istandards ta’ l-UE fuq il-post tax-xogħol. |
| Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-unions ikunu | rappreżentati fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali. Qabel ma tgħaddi liġi li b’xi mod taffettwa lill-ħaddiema, l-abbozz tagħha jrid jiġi diskuss mal-unions sabiex dawn jagħtu l-veduti tagħhom dwaru, u jkollhom id-dritt jagħmlu proposti biex jemendawh. Barra minn hekk, il-unions fl-UE, permezz tal-federazzjonijiet tagħhom, jistgħu wkoll joħorġu bi proposti ta’ titjib għal liġijiet ġodda fl-interess tal-ħaddiema, u dawn jistgħu jispiċċaw bħala liġi għall-pajjiżi membri kollha. |
| Ta’ min wieħed jinnota li l-Unjoni Ewropea | għandha liġi li tgħid li kull pajjiż membru għandu jkollu fond ta’ garanzija biex jagħmel tajjeb għal dawk il-ħaddiema li jisfaw bla xogħol, f’każ, per eżempju, li kumpanija tfalli. L-UE għandha liġi wkoll li tgħid li jekk kumpanija tinbiegħ dan m’għandux ifisser li l-ħaddiema tagħha jispiċċaw mingħajr xogħol. |
| Għall-pajjiżi li ssieħbu qabilna, sħubija fl-UE | ġabet magħha tkabbir ekonomiku impressjonanti. Huwa faċli li wieħed iwarrab l-esperjenza ta’ pajjiżi oħra billi ngħidu li "aħna differenti minnhom". Dan l-argument huwa bla bażi. Aħna wkoll nistgħu nitgħallmu minn dak li għaddew minnu pajjiżi oħra. Aħna m’aħnhiex xi eċċezzjoni. |
| Qabel l-isħubija tagħha, il-Greċja kienet ifqar | minna. Issa hija aktar sinjura. L-istess kien il-Portugall li llum ukoll huwa aktar sinjur. L-Irlanda wkoll kienet ifqar minna. Il-ġid ras għal ras taċ-ċittadini Irlandiżi issa huwa d-doppju ta’ dak ta’ ċittadini Maltin. Anke f’pajjiż żgħir bħal Lussemburgu - li jidher li qatt ma nkwieta li r-regoli ta’ l-UE kienu qed isiru għall-pajjiżi l-kbar - iċ-ċittadini jgawdu minn ġid li huwa erba’ darbiet aktar minn dak ta’ ċittadini Maltin. |
| Sħubija fl-UE m’hix ser issolvielna l-problemi | kollha tagħna. Iżda tagħtina għodda ġodda u appoġġ, anke finanzjarju, biex tgħina naslu. |
| Jiena nqis li dawn in-negozjati kienu suċċess | għaliex f’kull settur, f’kull qasam tan-negozjati, il-Gvern flimkien ma’ l-istakeholders kollha, ħejja pożizzjoni, u nnegozja sakemm kiseb jew aċċettazzjoni mill-UE ta’ dik il-pożizzjoni, jew ta pożizzjoni simili li tassigura l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. |
| Waqt dawn in-negozjati tkellimna mas-setturi kollha | interessati f’pajjiżna, fi proċess trasparenti u miftuħ fejn instemgħu l-veduti ta’ kulħadd, u fejn kulħadd kellu l-opportunità li jaffetwa r-riżultat. Hu d-dmir tiegħi li nirringrazzja lill-membri kollha tal-MEUSAC. B’mod partikolari nieħu din l-opportunita` li nirringrazzja minn qalbi lill-UHM tal-kontribut siewi li tat għall-ġid tal-ħaddiema membri tagħha, u tal-ħaddiema Maltin kollha. |
Sinjuri,
| Kif għidt kemm-il darba, filwaqt li huwa importanti | li neżaminaw ir-riżultati tan-negozjati bir-reqqa, għandna nżommu dejjem quddiem għajnejna l-istampa aktar wiesa’. It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea li ser isir f’Mejju tas-sena d-dieħla huwa avvenniment uniku fl-istorja tal-kontinent tagħna. Proċess li jerġa’ jgħaqqad il-kontinent Ewropew wara għexieren ta’ snin ta’ diviżjoni. Proċess li jkattar solidarjeta` u stabbilita` bejn il-popli kollha ta’ l-Ewropa. |
| Ilkoll naqblu li Malta għandha dejjem issostni u | żżid ir-rata tagħha ta’ żvilupp ekonomiku, politiku, soċjali, u kulturali. Issa rridu niddeċiedu kif pajjiżna jista’ jilħaq dan il-għan l-aħjar – flimkien ma’ pajjiżi sħab tagħna bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, jew billi nfendu għal rasna, waħidna? |
| Fil-ġimgħat li ġejjien ħa nisimgħu ħafna | argumenti favur u kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea. Iżda fit-8 ta’ Marzu, irid ikun kull wieħed u waħda minna, li niddeċiedu, f’referendum apposta li ġie mwiegħed minn dan il-Gvern. Għandi fiduċja kbira li l-għażla finali tal-poplu Malti tkun l-aħjar waħda għall-futur tagħna, ta’ uliedna u ta’ pajjiżna, tkun dik li Malta ssib postha, kif jistħoqqilha, bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932