32 OBJETTIV FIL-PJAN TA’ ĦIDMA TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT GĦAS-SENA 2003 - JIĠI FIS-SEĦĦ IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR FIL-QASAM TA’ L-ARTIĠJANAT
| "L-implimentazzjoni taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar huwa | l-impenn tal-Gvern li jtejjeb is-servizz li qed joffri lil min huwa żgħir fin-negozju. Permezz ta' l-istess Charter, l-Unjoni Ewropea timpenja lill-Gvern biex jara li fil-pajjiż ikun hawn nies tas-sengħa u li dawn ikunu mgħejjuna jaħdmu fl-aħjar ċirkustanzi possibbli. Għal dan il-għan, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat fassal 32 inizjattiva. Dan ifisser li għal din is-sena l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandu 32 objettiv x’jilħaq." |
| Dan qalu l-Onor Edwin Vassallo, s-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, f’konferenza stampa dwar il-Pjan ta’ Ħidma li nieda l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. Għal din il-preżentazzjoni li saret fil-Kavallier ta’ San Gakbu fil-Belt Valletta kien hemm preżenti wkoll uffiċjali mill-kumitat eżekuttiv ta' l-istess Kunsill Malti għall-Artiġjanat, uffiċjali mill-European Information Center kif ukoll mill-Institute for the promotion of SmallEnterprise. |
| Edwin Vassallo tkellem dwar kif sa llum hemm 'il fuq | minn 1000 Artiġjan u Imprenditur irreġistrati mal-Kunsill. Huwa ta ħarsa lejn l-aħħar sena ta’ ħidma tal-Kunsill u semma l-pubblikazzjoni tad-Direttorju ta’ dawk kollha li huma rreġistrati kemm f’forma ta’ ktejjeb kif ukoll fuq il-verżjoni elettronika fil-web site tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Din il-ħidma qed tgħin biex l-Artiġjani Maltin u Għawdxin ikunu iżjed magħrufa. |
| Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Gvern | jemmen li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni ta’ dan iċ-Charter, ser ikollna ambjent aħjar għal min qiegħed fin–negozju. L-Unjoni Ewropea hija favur l-interessi ta' l-istess imprendituri żgħar għax ’il fuq minn 95% tas-settur kummerċjali fl-Unjoni Ewropea huwa magħmul minn negozji li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies. B’hekk hemm impenn sħiħ li l-objettivi taċ-Charter ikunu milħuqa minn kull pajjiż membru jew applikant. |
| Ħarsa qasira lejn l-inizjattivi fil-programm ta’ | ħidma tindika l-impenn tal-Gvern li permezz tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, l-artiġjanat f’pajjiżna jkun aktar apprezzat u mibjugħ. |
Prinċipji
- Konsultazzjoni ma’ l-Awtoritajiet u l-Kunsilli.
- Jitwaqqaf kumitat għall-Kunsill ta’ l-Artiġjanat b’rappreżentanza ta’ membri Għawdxin.
- Eżerċizzju ta’ konsultazzjoni kontinwa pubblika ma' l-istess settur.
- Wirjiet ta’ artiġjanat fil-komunita'.
- Premju għall-artiġjanat fil-komunita'.
- Fiera ta’ l-Artiġjanat u fieri oħra ta’ l-artiġjanat fuq setturi differenti.
Edukazzjoni u Taħriġ għall-Imprenditorija
- Taħriġ fl-Imprenditorija
- Konsultazzjoni ma’ l-Universita' ta’ Malta.
- Proġett ma’ l-MCAST
Mezz irħas u eħfef biex jgħin in-negozji jibdew jaħdmu.
- Incubation Centre f’Ta Qali.
- Żieda ta’ Spazji Industrijali għall-artiġjani.
Liġijiet u regolamenti aħjar.
- Innaqqsu l-burokrazija
- Ikunu identifikati u ssimplifikati proċeduri burokratiċi
- Eżentazzjoni mir-regolamenti
Irid ikun hemm nies tas-Sengħa.
- Ġimgħa ta’ attivitajiet fi skejjel, Universitajiet u Kulleġġi
- Parteċipazzjoni fil-Careers Convention
- Programmi fuq it-televiżjoni dwar l-artiġjan Malti.
Intejbu l-Aċċess Permezz ta’ l-Internet.
- Reġistazzjoni on-line
- Titjib fil-web-site tal-kunsill.
- Titjib fl-aċċess għall-internet.
Aktar minn suq wieħed.
- Swieq ġodda għall-prodotti artiġjanali bil-għajnuna tal-EIC.
Inizjattivi rigward it-taxxi u dawk finanzjarji.
- Swieq ġodda bil-għajnuna ta’ fondi għall-esportazzjoni.
- Wirjiet ta’ Artiġjanat Malti f’pajjiżi barranin.
- Parteċipazzjoni fi programmi Ewropej.
- Standards għal manifattura tal-bizzilla u tal-filogranu.
Insaħħu l-Kapaċitajiet Teknoloġiċi ta’ l-intrapriżi żgħar.
- Titjib ta’ oqsma industrijali li ma humiex ta' l-MDC.
- Parteċipazzjoni fil-fiera Internazzjonali ta’ Malta.
- Jitkompla l-proġett tal-bini tal-Villaġġ Artiġjanali f’Ta' Qali.
- Fieri speċjalizzati
- Parteċipazzjoni fis-6th Framework Programm ta’ l-Unjoni Ewropea.
Mudelli ta’ Kummerċ Elettroniku li rnexxa u nkoraġġiment għall-użu ta’ l-għola livell favur in-negozji żgħar.
- Suq Virtwali ta’ prodotti artiġjanali.
Niżviluppaw rappreżentanza aktar b’saħħitha w effettiva ta’ l-Intrapriżi żgħar f’livellta’ Unjoni u Nazzjonali.
- Strutturi aktar adattati biex jirrapreżentaw lil setturi differenti ta’ l-artiġjani.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm il-preżentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma għas-Sena 2003 tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat billi saħaq li dawn l-inizjattivi huma mistennija li jgħinu lill-artiġjani jaħdmu aħjar u jkunu aktar stmati u rikonoxxuti għas-sengħa li għandhom.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932