Left arrow Mur Lura

L-E.T. IL-PRESIDENT TA’ MALTA JZUR IL-HEAD OFFICE TAL-BANK OF VALLETTA

PR143
Date Icon 03/02/2003
L-Eccellenza Tieghu, il-Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta,illum ghamel zjara ufficjali gewwa l-BOV Centre, il-Head Office tal-Bank of Valletta f’tas-Sliema. Mal-wasla tieghu, il-President kien milqugh mic-Chairman tal-BOV, s-Sur Joseph F.X. Zahra.
Is-Sur Zahra akkumpanja lill-President fil-Muzew tal-Bankli jinsab fl-istess BOV Centre. Il-Muzew tal-Bank, li twaqqaf fl-1997, fih ezibiti ghadd ta’ oggetti ta’ interess storiku fosthom ledgers, magni, ritratti u oggetti ohra li jmorru lura ghas-seklu dsatax. Is-Sur Victor E. Tortell, Kuratur tal-Muzew spjega li l-origini tal-BOV jmorru lura ghall-1809 meta kien twaqqaf l-Anglo Maltese Bank. L-Anglo Maltese Bank twaqqaf minn ghadd ta’ negozjanti li l-bicca l-kbira kienu Inglizi li kienu gew Malta mill-kontinent.
Il-President, akkumpanjat mic-Chairmanimbaghad zaru t-Treasury Department tal-Bank li jopera fuq is-swieq internazzjonali tal-kambju u li huwa involut fl-immaniggjar ta’ l-assi fiskali lokali u barranin tal-Bank. Huwa u jispjega l-hidma ewlenija tad-dipartiment, is-Sur Tony Camilleri, Chief Officer, Financial Markets tal-BOV qal, "it-Treasury huwa responsabbli ghall-investiment tal-fondi tal-Bank li jingabru mis-suq lokali kif ukoll tal-fondi li l-Bank jigbor mis-suq monetarju internazzjonali u mis-swieq tas-syndicated loans fil-hidma tieghu ta’ kuljum. L-istrategija ta’ investiment li tadotta t-Treasury hija influwenzata l-ewwel u qabel kollox mix-xenarju tar-rati ta’ l-imghax u mill-fundamentals ekonomici fl-ekonomiji ewlenin madwar id-dinja kif ukoll mir-riskju marbut mal-kreditu li huwa assocjat ma’ l-investimenti involuti."
Huwa u jindirizza lill-President, is-Sur Zahra spjegali l-BOV Centre huwa centru ta’ attività li b’kollox jigbor 30 dipartiment li kollettivament jimpjegaw ’il fuq minn 300 impjegat. Is-Sur Zahra qal li l-BOV huwa l-akbar istituzzjoni bankarja f’Malta f’termini ta’ Assi u Depoziti tal-Klijenti.
"Il-Bank of Valletta huwa istituzzjoni bankarjabi storja rikka u bi tradizzjoni b’sahhitha li ghandha gheruq sodi fl-ekonomija u s-socjeta Maltija. Dan il-Bank huwa tassew Bank li kapaci jadatta u jifhem il-kultura u l-valuri li jhaddan il-pajjiz. Grazzi ghall-isforz kolletiv li jwettqu l-impjegati, il-BOV rnexxielu jadotta prattici ta’ hidma rikonoxxuti bhala l-ahjar u llum jopera skond l-aktar mudelli avvanzati ta’ negozju u bl-uzu ta’ l-aqwa teknologija", qal is-Sur Zahra. Ic-Chairman semma l-mudell bankarju bbazat fuq il-holqien ta’ relazzjoni mal-klijent u t-teknologija ta’ l-internet banking bhala ezempji tal-kompetittività tal-BOV. Huwa spjega wkoll li l-Financial Markets Division hija mghammra bl-aqwa teknologija u infrastruttura ta’ komunikazzjoni.
Is-Sur Zahra zied jghid li sabiex jikkumplimenta l-istrategijatieghu ta’ internazzjonalizzazzjoni fir-regjun Ewro-Mediterranju, il-BOV huwa ppreparat li jiehu vantagg minn kull opportunità li l-Ewropa tista’ toffri, inkluz il-possibiltà li jespandi l-hidma tieghu billi jidhol f’niche markets fil-kontinent. "Grazzi ghall-investiment illi l-Bank qed ghamel fil-qasam ta’ l-Internet Banking, illum, ahna ghandna l-possibiltà li nuzaw l-infrastruttura taghna sabiex nespandu s-servizzi li noffru, lil hinn minn xtutna u niehdu vantagg minn swieq barranin godda li jistghu isiru accessibli ghalina," temm jghid is-Sur Zahra.
L-ET il-Professur Guido de Marco, President ta’Malta, filwaqt li ltaqa’ ma’ l-impjegati tal-Bank u nghata taghrif prattiku dwar il-hidmiet rispettivi taghhom, tkellem dwar is-success ta’ l-istituzzjoni u ddeskrivieh bhala kontribut mill-aktar validu lejn l-ekonomija tal-pajjiz.
Huwa kkummenta wkoll dwar l-interess li dejjem qedjizdied minn naha tal-pubbliku f’forom ohra godda ta’ investiment li hawn ghad-dispozizzjoni fis-suq: ir-rizultati ta’ llum juru kemm il-Maltin tassew immaturaw tul dawn l-ahhar snin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-investiment ta’ flushom u li dan kien wiehed mill-fatturi ewlenin ghall-holqien tal-gid fil-pajjiz, qal il-President de Marco.
Wara z-zjara fit-Treasury, ic-Chairmanstieden lill-E.T. Il-President ghal laqgha privata mal-Bord tad-Diretturi tal-Bank u ghal pranzu li sar fil-Boardroom tal-Bank
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow