Ricerka u konservazzjoni tas-sit medjevali f’Tas-Simblija
Simpożju dwar proġett ta’ riċerka u konservazzjoni ta’ sit medjevali ġewwa s-Simblija fil-limiti tar-Rabat-Dingli se jsir fid-Dragonara Point Ballroom, Westin Dragonara Resort, San Ġiljan, fit-8 ta’ Frar 2003 fid- 9.00 a.m.
Din ir-ricerka u konservazzjoni tifforma parti mill-proġett ARAMIS dwar mtiehen Arab u sistemi ta’ irrigazzjoni fil-bacin tal-Mediterran.
Il-kelliema fis-seminar se jkunu Prof. Mario Buhagiar, Prof. Alain Blondy, Perit Luciano Cassari, Perit Claude Borg, Sur Paul C. Saliba u s-Sur Joseph Magro Conti.
Dr Francis Zammit Dimech, Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura; il-Perit Vincent Cassar, Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet; il-Perit Nicholas Grech, Direttur tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u l-Perit Norbert Gatt, Kap tat-Taqsima tar-Restawr, se jindirizzaw is-simpozju. Il-pubbliku hu ġentilment mistieden jattendi.
Fi tmiem is-seminar se jkun imniedi l-ktieb "A Study of Landscape and Irrigation Systems at Is-Simblija limits of Dingli, Malta and Conservation Report”. Il-ktieb jista’ jiġi ordnat mid-Dipartiment tal-Informazzjoni jew jinxtara direttament mis-sala Dragonara Point Ballroom hekk kif jispiċċa s-simpożju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932