Day Centre ghall-Anzjani f’Santa Venera
PR140
03/02/2003
| Nhar is-Sibt, l-1 ta' Frar, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici, attenda ghall-iffirmar ta' ftehim ta' akkwist ta' post fi Triq il-Karmelitani, Santa Venera sabiex jintuza bhala Centru ta' matul il-Jum ghall-anzjani. |
| Il-hidma bejn il-Kunsill Lokali u s-Segretarju | Parlamentari sabiex jinstab post ghal dan il-ghan, ilha sejra ghal kwazi din l-ahhar sena. Wara laqghat li saru ma' Dr. Antoine Mifsud Bonnici, il-Kunsill Lokali hareg offerti ghal kiri ta' post li jista' jkun konvertit ghal dan l-iskop, u issa sar l-iffirmar tal-ftehim ghall-akkwist ta’ post f’Santa Venera biex jinfetah dan ic-Centru ta' matul il-Jum, li ser ikun l-14 ic-Centru tal-Gvern f'Malta. |
| L-importanza li l-Kunsilli Lokali qed jghatu biex | aktar centri ta' matul il-jum ghall-anzjani jinfethu fil-lokalitajiet rispettivi qed dejjem tikber. Dan huwa frott tal-koperazzjoni li tezisti bejn il-Ministeru ghall-Politika Socjali u certi Kunsilli Lokali. Ezempju ta' dan huwa l-ftuh tac-Centru tal-Mosta li kien inawgurat mill-Prim Ministru fit-18 ta' Jannar 2003, ic-centru ta' Birzebbuga inawgurat fl-4 ta' Ottubru 2002, u dak ta' San Pawl il-Bahar li kien inawgurat fis-26 ta' Lulju 2001. |
| Dr. Mifsud Bonnici qal li dawn id-Day Centres, qed | iservu kemm bhala 'respite' ghal familjari ta' l-istess anzjani, kif ukoll ghal persuni bi bzonnijiet specjali. Huwa fahhar l-impenn u l-inizjattiva specjalment tas-Sindku Michael Caruana, tax-xoghol li qed jaghmlu b’rizq il-komunita’ ta’ Santa Venera, specjalment fil-qasam tal-anzjani. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932