L-ESPORTAZZJONI LEJN L-UNJONI EWROPEA BEJN L-1991 U L-2002 ZDIEDED
PR137
03/02/2003
| Fl-ewwel pagna tal-harga ta’ "l-Orizzont" tal-31 ta’ | Jannar 2003, hemm rappurtat li, s-Segretarju Generali tal-GWU, is-sur Tony Zarb stqarr li: "L-esportazzjoni lejn l-UE naqset bi kwazi 30%" minn meta Malta applikat ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jiddikjara li | dan assolutament mhux il-kaz. Fil-fatt, bejn l-1991 u l-2002, l-esportazzjoni minn Malta lejn l-UE zdiedet b’mhux inqas minn 34%. F’dan il-perjodu, l-esportazzjoni minn Malta lejn l-UE telghet minn Lm315 miljun ghal Lm422 miljun. |
| Li gara f’dan l-istess zmien, huwa li Malta | rnexxielha b’success tippenetra swieq ohra b’mod li s-sehem ta’ l-esportazzjoni minn Malta li sejjer lejn il-pajjizi ta’ l-UE naqas, mhux bhala valur, izda biss bhala percentwali ta’ l-esportazzjoni totali. Madankollu, l-UE baqghet bil-bosta, l-iktar destinazzjoni mportanti ghall-esportazzjoni minn Malta, fejn mhux inqas minn 46% ta’ dak kollu esportat minn Malta jintbghat lejn l-UE. Wara l-UE tigi l-Asja fejn tmur qiesu 25% ta’ l-esportazzjoni minn Malta. |
| Bejn l-1991 u l-2002, Malta rnexxielha tiddiversifika | s-swieq taghha. Din xejra pozittiva li jehtieg li wiehed ikompli jsostni. Huwa biss permezz ta’ shubija fl-UE li esportaturi minn Malta ser jakwistaw, immedjatament wara l-1 ta’ Mejju 2004, access privilegjat ghas-swieq ta’ dawk il-hafna pajjizi li maghhom l-UE ghanda ftehim kummercjali. |
| Din il-lista tinkludi: Turkija, Bulgarija, Danimarka, | Islanda, Norvegja, Rumanija, Svizzera, Algeria, Egittu, Izrael, Jordan, Lebanon, Marokk, l-Awtorita’ Palestinjana, Sirja, Tunizija, Messiku, Cili u l-Afrika t’isfel. |
| L-UE qeghda wkoll vicin li tikkonkludi ftehim | kummercjali ohra ma’ l-Argentina, il-Brazil, il-Paragwaj u l-Urugwaj, kif ukoll mas-Sirja, il-Kroazja, il-Bahrain, il-Kuwait, l-Oman, il-Qatar, is-Saudi Arabia u l-UAE. |
| Is-shubija fl-UE hija l-uniku mezz li realistikament | jista’ jiftah dawn is-swieq godda, li tant ghadhom potenzjal kbir, ghall-esportaturi minn Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932