Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN

PR136
Date Icon 02/02/2003
B'riferenza ghal dak li qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni dal-ghodu, fejnghogbu jikkwota minn ittra li kienet intbaghtet lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin mill-Malta Wines and Vines Association, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jippublika l-ittra illi baghat lill-Assocjazzjoni bhala risposta. Din ir-risposta, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghazel li ma jsemmiehiex.
Ta' min wiehed jinnota li l-istess regoli japplikawghal kwalunkwe ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea, sew jekk shubija u sew jekk xi tip iehor ta’ ftehim ta’ kummerc hieles. Dawn ir-regoli dwar il-labelling qedin hemm m’hux biss biex il-konsumatur ikun jaf x’inhu il-prodott li qed jixtri, imma wkoll sabiex tinghata protezzjoni ghall-ghassara stess. B’dawn ir-regoli hadd ma jista jghid li qed jipproduci inbid Malti meta dan ma jkunx il-kaz.
Bi shubija l-ghassara Maltin jinghataw ghajnunasostanzjali biex jintlahqu l-istandards mehtiega. Parti minn din l-ghajnuna hija ntiza sabiex l-ghassara jkunu jistghu jixtru gheneb imkabbar minn bdiewa Maltin minflok dawk impurtati. Bhalissa l-ghassara jonfqu ferm iktar minn miljun lira fis-sena fuq gheneb impurtat.
Bil-ftehim li nnegozja l-Gvern, l-ghassara serjibbenefikaw minn 2.47 miljun Euros biex jigi mpurtat gheneb ghal dak li jissejjah bhala inbid tal-mejda. Bhalissa l-industrija lokali timporta 70% ta’ l-gheneb taghha, u bi shubija, kieku ma nnegozjax il-Gvern m'hux suppost kellhom jithawlu aktar dwieli ta' kwalita'. Madankollu, bil-ftehim li lahaq il-Gvern mal-UE gew allokati 5.1 miljun Euros biex ihajru l-bdiewa jhawlu dwieli ta' kwalita' sakemm nilhqu l-livell miftiehem ta' 1000 ettaru. Dan ifisser madwar LM450 ghajnuna ghal kull tomna li tithawwel. Barra minn hekk, ser tinghata madwar LM45 ghajnuna fis-sena ghal kull tomna mhawla bid-dwieli. Inbid prodott minn dawn l-gheneb imkabbra lokalment ikun jista jissejjah inbid ta' kwalita', u wara s-shubija dan l-inbid jinghata certifikat ta' inbid Doc jew Quality PSR, li jfisser zieda sostanzjali fil-valur tieghu. Apparti minn din l-ghajnuna, hemm ghajnuna ohra li tghin lill-ghassara biex jipprocessaw u jaghmlu marketing tal-prodott taghhom.
Ta' min wiehed jinnota li meta l-Kap tal-Oppozizzjoniipprova jbezza’ dwar il-prospetti ghal dan is-settur, dan gie mgiddeb minn kelliema mill-kumpaniji stess, li tkellmu dwar l-investimenti li qedin jaghmlu ghall-futur. Apparti minn hekk, ir-ristrutturar u l-investimenti li sehhew f'dawn it-tlitt snin waqt il-process tan-negozjati, u l-fatt li l-artagrikola taht id-dwieli zdiedet minn 320 ghal 480 ettaru f'dan il-perjodu, jaghtu prova ta' kemm ghandhom fiducja fil-futur ta' dan is-settur l-ghassara u il-bdiewa Maltin.
Fil-fatt, skond il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u s-Sajd,hemm numru kbir ta' applikazzjonijiet ghall-ghajnuna ghat-tkabbir tad-dwieli. Din hija industrija li hija lesta m'hux biss biex tilqa’ ghall-isfidi tal-modernizazzjoni, izda biex tahtaf l-opportunitajiet li ggib maghha is-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea.

ittra page1
ittra page2

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow