100 SKOLA FIL-PROGRAMM COMENIUS
PR132
31/01/2003
| Mitt skola, mill-oqsma tal-Gvern tal-Knisja u tal-Privat, fis-sentejn li | għaddew, ħadu sehem fil-programm Comenius ta' l-UE. Fl-aħħar snin il-Gvern investa Lm 5.5 Miljun biex jitwettqu inizjattivi fi ħdan il-programmi ta' l-UE fl-oqsma kollha ta' l-edukazzjoni, taħriġ u r-riċerka. Minn dan l-ammont żewġ terzi ħarġithom l-UE filwaqt li t-terz l-ieħor ħarġu l-Gvern Malti. Meta Malta issir membru ta' l-UE il-fondi għall-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-Programmi jiġu mħallsa kollha kemm huma mill-Budget ta' l-UE. Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea waqt li kien qed jindirizza seminar fil-lukanda Phoenicia għall-Kapijiet ta' l-Iskejjel u mexxejja oħra edukattivi. Is-seminar, bit-tema "Il-Kurrikulu Nazzjonali u l-Programm Comenius" ġie organizzat mit-Taqsima tal-Programmi ta' l-UE (EUPU) u l-Kumitat Socrates fl-okkażjoni ta' Jum Comenius. |
| Fid-diskors tiegħu l-Ministru Louis Galea | rringrazzja lill-mexxejja kollha fil-qasam edukattiv u lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel li f'dawn l-aħħar snin ħadmu biex Malta ikollha Kurrikulu Nazzjonali li hu rilevanti għad-dinja ta' llum u li jimmira biex jagħti edukazzjoni bażika ta' kwalita' lil kulħadd. Il-Ministru sostna li aktar kemm jgħaddi żmien aktar qed jibdew jinħassu l-benefiċċji għat-tfal Maltin tat-tibdil u r-riformi li qed iġib miegħu l-Kurrikulu Nazzjonali. Huwa talab lill-kapijiet u l-għalliema kollha biex regolarment jibqgħu jirreferu għad-dokument tal-kurrikulu "Inwelldu l-Ġejjieni Flimkien". |
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni fisser li fil-fażi li | jmiss tat-twettieq ta' dan il-kurrikulu jeħtieġ li jiġu affrontati żewġ oqsma partikolari: il-qasam ta' l-organizzazzjoni tat-tmexxija ta' l-Iskejjel tal-Gvern, u l-verifika edukattiva (educational audit) ta' dak li qed isir fil-klassijiet ta' l-iskejjel f'Malta u Għawdex, tal-Gvern tal-Knisja u Privati. Fir-riforma li trid issir ta' l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta' l-iskejjel tal-Gvern, trid tiġi affrontata l-kwestjoni tal-kontinwita' fil-proċess edukattiv mill-primarja għas-sekondarja b'assigurazzjoni ta' l-istandards u l-kwalita' meħtieġa. |
| Louis Galea qal ukoll li sistema u mekkaniżmi ta' | verifika edukattiva huma meħtieġa biex l-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema ikollhom kejl kostanti tal-kwalita' ta' l-edukazzjoni li qed tingħata f'kull klassi f'kull livell. Din il-verifika trid isservi biex kulħadd ikun jaf fejn qed inkunu b'saħħitna u fejn dgħajfin u b'hekk jinstabu l-aħjar rimedji fiċ-ċirkostanzi. Dan għandu jġib miegħu rwol u organizzazzjoni differenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| Il-Ministru tkellem dwar l-importanza tal-programm | Comenius għat-tfal u l-iskejjel tagħna. Dan il-programm Ewropew iġib għalliema, skejjel, u mexxejja tagħhom minn diversi pajjiżi biex jikkoperaw flimkien fuq dak kollu li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni ta' kwalita' fil-livelli primarji u sekondarji. Kull proġett irid jinvolvi ta' l-anqas tliet skejjel minn tliet pajjiżi differenti u jdum sejjer tliet snin. Kull proġett jiffoka fuq ix-xogħol li jsir fil-klassi ma' l-istudenti. Il-kompjuters u l-Internet fl-iskejjel qed ikunu għodda effettiva biex dawn il-proġetti jirnexxu u jħallu l-ġid. L-għalliema li ħadu sehem s'issa iddikjaraw li huma bbenefikaw billi ġeddu l-impenn tagħhom, kisbu ideat ġodda, saħħew il-fiduċja fihom infushom u tħarrġu fir-riflessjoni kritika dwar il-metodi ta' tagħlim tagħhom. It-tfal u l-istudenti raw fil-programm Comenius għodda ġdida u interessanti ta' tagħlim li tejbitilhom il-ħiliet fil-komunikazzjoni l-użu tal-lingwi u tal-kompjuter. Il-ġenituri ħassew li l-attivitajiet tal-Comenius għenuhom jaħdmu aħjar ma' uliedhom. Il-ġenituri wrew ukoll appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni ta' l-iskejjel mill-livell tal-kinder sal-livell post-sekondarju u jaraw f'dawn il-programmi opportunita' sabieħa għal uliedhom. |
| Fis-seminar tkellmu ukoll is-Sur Joe Sammut | kordinatur nazzjonali ta' l-EUPU u Dr. Joseph Mifsud, Chairman tas-Socrates Co-ordinating Committee u kapijiet u għalliema ta' diversi skejjel. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932