DISKORS MOGĦTI MILL-PRIM MINISTRU EDDIE FENECH ADAMI FIL-KONFERENZA TAĊ-ĊENTRU TA` L-INFORMAZZJONI MALTA-UNJONI EWROPEA DWAR IR-RIŻULTAT TAN-NEGOZJATI – QAWRA - 30 TA` JANNAR 2003
PR127
30/01/2003
| F`Settembru 1998, wara sentejn fl-oppożizzjoni, din l-Amministrazzjoni | ġiet eletta b`mandat ċar biex tqajjem mill-ġdid l-applikazzjoni ta` Malta għal sħubija ma` l-Unjoni Ewropea, biex tinnegozja l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għas-sħubija, u biex tippreżenta r-riżultat tan-negozjati lill-elettorat għad-deċiżjoni finali tal-poplu Malti. |
| Fit-13 ta` Diċembru tas-sena li għaddiet, wara | tliet snin ta` negozjati intensi, intlaħaq ftehim ma` l-Unjoni Ewropea dwar in-negozjati li kienu għadhom pendenti, biex b`hekk ingħalqet formalment il-Konferenza Inter-Governattiva dwar l-Adeżjoni ma` l-Unjoni Ewropea. |
| Il-bieraħ jiena rrakkomandajt lill-President ta` | Malta biex ir-referendum dwar is-sħubija ma` l-Unjoni Ewropea ssir fit-8 ta` Marzu. Kull ċittadin Malti se jiġi mistoqsi domanda sempliċi iżda importanti ħafna: Inti taqbel li Malta għandha ssir membru fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1 ta` Mejju 2004? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, il-Prim Ministru se jiffirma t-Trattat ta` l-Adeżjoni ta` Malta ma` l-Unjoni Ewropea f`Ateni fis-16 ta` April 2003. B`hekk wara r-ratifika, fl-1 ta` Mejju 2004 Malta ssir formalment membru. Il-Gvern tiegħi ilu jaħdem għas-sħubija ta` Malta sa minn qabel il-ftuħ tan-negozjati fis-sena 2000, anke sa minn qabel tressqet l-applikazzjoni formali għas-sħubija f`Lulju ta` l-1990. Kif stajna nkunu daqshekk ċerti li konna se niksbu l-kundizzjonijiet xierqa fin-negozjati? |
| L-adeżjoni ma` l-Unjoni Ewropea m`hijiex bħal meta | wieħed jagħmel transazzjoni kummerċjali. Analoġija aħjar hija meta ħaddiem jissieħeb fi trade union. Ir-raġuni għala teżisti trade union hija biex tmexxi `l quddiem l-interessi tal-membri tagħha, u l-protezzjoni tad-drittijiet ta` l-individwu. Meta l-ħaddiem jgħaqqad leħnu ma` dawk ta` sħabu, jissaħħaħ. Bl-istess mod, l-Unjoni Ewropea teżisti għall-interess tal-membri kostitwenti tagħha. Din qiegħda hemm għall-ġid tagħhom, u għall-ġid taċ-ċittadini tagħha. Il-ħmistax-il stat membru li hemm bħalissa dan jafuh; id-disa` stati l-oħra li sa jissieħbu jafuh; it-tliet pajjiżi kandidati l-oħra jafuh, l-istati Ewropej l-oħra li jinsabu wara l-kwinti jistennew il-waqt propizju biex jibdew il-proċess ta` l-adeżjoni jafuh. Il-Gvern tiegħi dan jafu. U anke l-Partit Laburista jafu dan. Il-Kap ta` l-Oppożizzjoni kemm-il darba qal li l-Unjoni Ewropea hija ħaġa pożittiva, filwaqt li Membri Parlamentari laburisti pubblikament laqgħu bil-ferħ anke l-istess proċess tat-tkabbir, l-aktar reċentement fis-sessjoni speċjali tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg, f`Novembru li għadda. Iżda – u hawn qiegħed il-qofol tal-kwistjoni – huma jgħidu li għalkemm din hija ħaġa pożittiva għall-oħrajn kollha, għalina din tkun ta` dannu. |
| Aħna żgħar wisq. Jew dgħajfa wisq. Jew speċjali | wisq. Dak li jgħodd għall-oħrajn kollha ma jistax ikun li jgħodd għalina. |
Aħna differenti.
| Jiena ma naqbilx ma` din it-teżi. Bla dubju, bħal | kull stat ieħor, bħal kull individwu ieħor, aħna għandna karatteristiċi li jagħżluna; iżda f`ċerti oqsma bażiċi għandna l-istess valuri u prinċipji, l-istess ħtiġiet u għanijiet wiesgħa bħall-istati membri ta` l-Unjoni. |
| Malta, bħal kull stat membru ieħor ta` l-Unjoni, | hija mibnija fuq il-prinċipji demokratiċi, fuq il-liġi u fuq ir-rispett assolut għad-drittijiet umani. Hija taqsam ma` l-Unjoni u ma` l-istati membri tagħha rispett għat-teħid ta` deċiżjonijiet b`mod kolleġjali li attivament ifittex qbil u koperazzjoni fi ħdan is-soċjeta` tagħha u fost in-nazzjonijiet. Hija taqsam impenn għas-solidarjeta` u għas-sussidjarjeta`, għall-prinċipju li d-deċiżjonijiet għandhom dejjem jittieħdu fl-eqreb livell possibli lejn iċ-ċittadin. |
| Malta, bħal kull stat membru ieħor ta` l-Unjoni, l-ewwel | u qabel kollox teħtieġ il-paċi. Teħtieġ l-istabbilta`. Teħtieġ l-aċċess għal suq għall-prodotti tagħha li jkun bil-wisq akbar. Teħtieġ li dak is-suq ikollu regoli komuni biex jiġi assigurat li l-logħba tintlagħab fuq art invellata fl-interess tal-kumpaniji u taċ-ċittadini tagħha. Teħtieġ li jkollha sehem fit-tfassil ta` dawk ir-regoli. Teħtieġ kontinwament skambji li jagħmluna għonja fit-tagħrif, fl-informazzjoni, fin-nies, fl-oġġetti u fil-kapital. Teħtieġ politika komuni f`oqsma transnazzjonali bħalma huma l-ambjent, l-immigrazzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalita` organizzata. |
| Id-demokrazija; il-liġi; id-drittijiet umani, is-solidarjeta`, | is-sussidjarjeta`, is-suq komuni; ir-regoli komuni; il-liberta` tal-moviment; il-kooperazzjoni; il-politika komuni. Dawn huma l-fatturi li essenzjalment isawru l-Unjoni; dawn huma r-raġunijiet li minn żmien ilu taw spinta lill-Gvern tiegħi u lili biex nistinkaw b`konsistenza favur l-isħubija ta` Malta ma` l-Unjoni. |
| Iżda xi ngħidu għal dawk il-karatteristiċi | partikolari jew dawk id-differenzi? Jista` jkun li minkejja dawn l-affinitajiet, dawn l-aspetti li jixxiebħu bejn Malta u l-Unjoni, id-differenzi għadhom tant kbar u tant insuperabbli li fl-aħħar mill-aħħar jirrendu lis-sħubija mhux ta` min jixtieqha? |
| Jiena nsostni li le. Anzi l-fatti juru l-oppost. Huwa | hawn fejn jidħol il-pakkett innegozjat li huwa s-suġġett tal-konferenza tal-lum. Dan huwa fejn kellna noqogħdu attenti dwar il-mod kif għandna naċċettaw id-drittijiet u l-obbligi tas-sħubija. Ippermettuli nelabora. |
| B`liema mod Malta hija differenti, fejn huma dawn | iċ-ċirkostanzi partikolari li sikwit nisimgħu dwarhom? |
| L-ewwelnett Malta hija żgħira. Ġeografikament sa | tkun l-iċken stat fl-Unjoni, għalkemm għal dik li hija popolazzjoni tista` titqabbel mal-Lussemburgu. Fih innifsu dan il-fatt m`għandux iqanqal xi problemi għal Malta bħala Membru fl-Unjoni Ewropea; anzi l-kuntrarju, il-fatt li l-ħaddiem, waħdu, huwa dgħajjef, ma jfissirx li huwa dgħajjef wisq biex jissieħeb fi trade union. Dan ifisser illi għandu ċans jakkwista aktar billi jissieħeb. |
| L-ispazju limitat ta` Malta kkombinat mal-popolazzjoni | kbira tagħha, madankollu, sata` kkawża problemi wara sħubija f`dik li hi kompetizzjoni għall-art. F`Malta hemm kważi t-tripplu tan-nies kull kilometru kwadru meta mqabbla ma` l-istat membru li bħalissa huwa l-aktar ippopolat. Dan seta` jfisser li l-libertà li wieħed jinvesti, fost ħwejjeġ oħra, fil-propjetà, kienet twassal għal pressjonijiet fuq is-suq tal-propjetà tagħna, u għoli mhux aċċettabli fil-prezzijiet. Din il-problema potenzjali kellha tiġi solvuta – u hekk kien. Sibna soluzzjoni li assigurat li s-sħubija ma jkollhiex effett fuq il-prezzijiet tal-propjetà, u fin-negozjati bnejna każ sod għal dik is-soluzzjoni. U minkejja l-fatt li din tifforma parti mir-regoli kummerċjali interni l-aktar sensittivi ta` l-Unjoni, ipperswadejna lil sħabna biex jaqblu ħalli jkun hemm deroga minn dawn ir-regoli. Ksibna deroga permanenti, waħda li tant m`hijiex normali għall-Unjoni li ħarġu dikjarazzjoni li din l-eċċezzjoni kienet qed issir biex tingħata konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi uniċi ta` Malta. |
| F`hiex hija aktar differenti Malta? Ħaġa waħda li | malajr dehret ċara kienet il-fatt li, billi tradizzjonalment aħna minn dejjem ħarisna b`għira l-postijiet fejn nistadu, l-ibħra ta` madwar Malta għadhom relattivament mogħnija bil-ħut, u m`humiex ibatu mis-sajd esaġerat li bħalissa qed jaffettwa l-qabdiet fil-biċċa l-kbira tal-kumplament tal-Mediterran. Kieku l-problema ma nstabx tarfha, kieku s-sħubija kienet twassalna lejn il-kwalità ta` sajd industrijali li ilna tant attenti biex nevitaw. Għalhekk sibna soluzzjoni li tassigura l-protezzjoni effettiva ta` l-għajxien tas-sajjieda u tal-provvista tal-ħut tagħna billi ġibna żona ta` konservazzjoni ta` 25 mil madwar gżiritna. |
| Aħna differenti minħabba l-fatt li Malta hija | newtrali. Jista` dan il-fatt ikun kompatibbli mas-sħubija? M`hemm xejn fir-regoli ta` l-Unjoni Ewropea li jista` jolqot in-newtralità ta` Malta, u l-prattika kurrenti – b`erba` stati membri newtrali – tagħti wieħed x`jifhem li m`hemmx għalxiex wieħed jinkwieta. Minkejja dan, il-Gvern tiegħi iddeċieda li jagħmel dikjarazzjoni espliċita. Li l-Unjoni Ewropea qablet li tiġi annessa mat-Trattat ta` Adeżjoni, li Malta qiegħda tidħol fl-Unjoni bħala stat newtrali. |
| L-agrikoltura ta` Malta hija differenti minn dik tal-biċċa l-kbira | ta` l-Unjoni Ewropea. Ħafna mill-prodotti huma differenti, din l-industrija ilha għal żmien twil protetta aktar milli hemm bżonn u l-kundizzjonijiet tal-klima huma ħorox. Kien hemm bżonn ta` soluzzjoni speċifika għal Malta – u aħna sibnieha. Soluzzjoni li trawwem lil dan is-settur għall-kompetizzjoni, waqt li tipproteġi l-għajxien ta` l-operaturi; dan iġib għażla, prezzijiet u kwalità aħjar għall-konsumatur, waqt li jġib għajnuna ġeneruża għall-bdiewa tagħna biex dawn isiru aktar kompetittivi ħalli jsibu prodotti strateġiċi li jagħtuhom vantaġġ. |
| Aħna differenti minħabba l-fatt li Malta m`hijiex | sinjura daqs sħabna fl-Unjoni. Allura aħna neħtieġu li l-istati membri sħabna juru solidarjetà magħna anke f`termini finanzjarji biex aħna nilħquhom fl-iqsar żmien possibli. Dan huma għamluh, u Malta se tibbenefika minn dħul nett ta` 81 miljun lira sal-2006 bħala membru ta` l-Unjoni. |
| M`inix bi ħsiebi nifli wieħed wieħed il-ħafna | oqsma koperti min-negozjati; jiena żgur li dħaltu fil-fond ta` dan is-suġġett matul din il-konferenza llum. Ksibna sebgħa u sebgħin soluzzjoni li jkopru ċ-ċirkostanzi partikolari ta` Malta. Dan irrnexxielna nagħmluh wara negozjati tassew iebsa, u bi tħaddim ta` ħsieb kreativ. |
| Iżda, biex wieħed jiżen il-vantaġġi m`għandniex | biss inħarsu lejn dak li ġie innegozjat. Infakkar li l-Gvern tiegħi innegozja biss fuq dawk l-oqsma li ħass kienu jinħtieġu attenzjoni partikulari. |
| Sħubija fl-Unjoni Ewropea ser tagħtina għodda | neċessarja biex jitkattar dejjem aktar l-iżvilupp nazzjonali. Is-sħubija ser twassal biex jintlaħaq l-għan komuni ta` Malta ħawtiela, kompetittiva, li tistagħna fuq l-opportunitajiet u l-isfidi li joffrilna dejjem iżjed l-ambjent internazzjonali globalizzat. |
| Malta li fiha l-istudenti, il-kumpanniji u l-komunità | kummerċjali jkunu jistgħu joperaw ħielsa fuq palk usa`, aktar sinjur u aktar varjat minn dak ta` issa. |
| Malta tagħti lok għall-kreattività u l-bżulija li | kienu minn dejjem l-elementi l-aktar importanti fil-karattru nazzjonali tagħna. |
| Malta li fl-aħħar mill-aħħar ikollha vuċi | fil-fora fejn jittieħdu tant mid-deċiżjonijiet li jaffettwawha b`mod hekk profond. |
| Aktar qabel semmejt li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea | mhux bħal meta wieħed jagħmel transazzjoni kummerċjali. Dawk li jopponu s-sħubija ma jaqblux. Jgħidulna biex nagħmlu s-somom u biex nieħdu d-deċiżjoni skond ma jirriżultalna fit-total ta` l-għadd. Jiena wkoll nistieden lill-poplu biex jagħmel is-somom. U li jitħalla jagħmilhom sew u ma jisfax konfuż minn dawk li, għax għandhom aġenda politika, jiżirgħu d-dubju. Ninsab fiduċjuż li maġġoranza kbira taf li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija tassew ta` benefiċċju għalihom personalment. |
| Iżda immur `l hinn minn dan. Jiena lil dawn ma | nitlobhomx biex jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom biss fuq l-interess personali, anqas fuq it-twemmin politiku tal-partit tagħhom. Din hija deċiżjoni ta` enormità li forsi darba biss nintalbu biex nagħmlu f`ħajjitna. Nitlobkom biex din id-deċiżjoni teħduha fuq il-bażi ta` l-interess nazzjonali u l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
| L-istorja ta` pajjiżi fdatna b`deċiżjoni storika | li biha nsawru l-futur tagħna. Jien konvint li l-poplu Malti se jipparteċipa f`din id-deċiżjoni bi ħġaru u se jagħmel l-aħjar għażla. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932