Investiment ta' Nofs Miljun fl-Istitut ta' l-Arti u Disinn
PR124
30/01/2003
| Il-Gvern investa nofs miljun lira fl-Istitut ta' l-Arti u Disinn | tal-MCAST, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija li jinsab f'Satellite Campus, f'Targa Gap - Naxxar. |
| Meta l-Ministru Louis Galea żar il-kumpless huwa | fisser ix-xogħol estensiv li sar biex il-workshops u l-klassijiet kollha jkollhom dawl tajjeb. Inbniet sub-station tad-dawl ġdida biex tlaħħaq mad-domanda li hemm bżonn għad-diversi makkinarju li jintuża fil-workshops kif ukoll għall-klassijiet u l-laboratorji tal-kompjuters. Sar xogħol estensiv fuq is-soqfa tal-workshops li kienu magħmula minn asbestos cement u li issa huma magħmulin minn insulated sandwich panels u magħmulin li jippermettu ħafna dawl naturali li jgħin lill-istudenti fix-xogħol artistiku tagħhom. Xogħlijiet oħra jinkludu t-tisbieħ tal-grounds ta' madwar l-Istitut. Parti mill-investiment mar għax-xiri ta' tagħmir u kompjuters. Din is-sena qed ikompli jsir investiment sostanzjali biex fl-istitut ikun hemm aktar klassijiet kif ukoll librerija u resource centre u biex jinxtraw aktar kompjuters u makkinarju ieħor ta' taħriġ. |
| L-istitut ta' l-Arti u Disinn, wieħed mis-sitt | Istituti tal-MCAST, inbena fuq l-aħjar elementi u l-esperjenza tal-Emvin Cremona Art and Design Centre tal-Belt Valletta li twaqqaf fl-1984 u s-Salvatore Dimech School for Craftsmen ta' Targa Gap li twaqqfet fis-sebgħinijiet. Matul dawn is-sentejn iddaħħlu elementi ġodda ta' tagħlim u taħriġ bħala parti mill-evoluzzjoni tal-kulleġġ vokazzjonali. |
| L-Istitut joffri żewġ korsijiet: l-Ewwel Diploma | fl-Arti u Disinn (livell 2) u d-Diploma fl-Istudji ta' l-Arti u Disinn (livell 3). L-Istitut dalwaqt se jkun qed joffri: il-BTEC First Diploma in Printing (livell 2); il-BTEC National Diploma in Design Crafts (livell 3) u il-BTEC Higher National Diploma in Art and Design (livell 4). L-istitut joffri wkoll diversi korsijiet qosra u korsijiet ta' filgħaxija. Il-Korsijiet huma miftuħa għal kulħadd kemm għal studenti subien u bniet, li jkunu għadhom kif temmew il-livell sekondarju kif ukoll għal dawk li diġà jaħdmu jew iridu jibdew jaħdmu f'dan il-qasam. |
| Waqt iż-żjara tiegħu fid-diversi klassijiet u | workshops (stained glass, jewellery, silversmithing, ceramics, dressmaking, ganutell, printing, curtain-making u interior design), Louis Galea qal li l-MCAST, għalkemm għadu fil-bidu ta' l-iżvilupp tiegħu, diġa qed joffri opportunitajiet ġodda ta' taħriġ f'oqsma differenti. Hu qal li l-MCAST mhux biss qed jipprovdi faċilitajiet aħjar għall-istudenti iżda wkoll qed idaħħal kultura ġdida u diversita akbar fil-metodu tat-tagħlim u qed joħloq programmi ta' studju li jappellaw aktar u li huma aktar rilevanti fid-dinja tax-xogħol. |
| Il-Ministru tkellem dwar l-investiment massiv li l-Gvern | qed jagħmel fil-qasam ta' l-edukazzjoni vokazzjonali b'riżultat ta' l-impenn tiegħu f'dan il-qasam. Hu fakkar li f'dawn l-aħħar erba’ snin seħħet riforma sħiħa f'dan il-qasam li għalkemm kienet ta' importanza kbira saret bil-mod u bla skossi. Illum il-poplu beda jara l-frott u japprezza l-ħidma li saret. Hu tenna li anke din is-sena, il-Gvern qed ikompli jżid l-investiment f'dan is-settur. Il-Ministru qal li l-Gvern ivvota somma kapitali ta' Lm 1.5 miljun għall-MCAST. Aktar minn Lm 900,000 ser ikunu nvestiti fil-Kampus ta' Kordin biex jinbnew librerija u resource centre, faċilitajiet rikreattivi għall-istudenti u l-istaff, u uffiċini. Ser isir investiment fil-Motor Vehicle Department fl-Istitut ta' Inġinerija Mekkanika li hu wieħed mit-tliet Istituti ġodda li huma mistennija jinfetħu għas-sena akkademika li jmiss f'Settembru li ġej. |
| Il-Ministru temm jgħid li bl-MCAST, qed noffru | lill-poplu Malti aktar opportunitajiet ta' taħriġ biex ikunu jistgħu jaqbdu toroq edukattivi ġodda. Hu qal li pajjiżna għandu bżonn isaħħaħ dan is-settur għax l-opportunitajiet ta' investiment u ta' xogħol f'dan il-qasam se jkomplu jikbru. Pajjiżna għandu riżors uman kapaċi, intelliġenti u flessibli u dan jiġbed l-investiment u jkattar ix-xogħol. |
| Il-Gvern irid li Malta tkun membru ta' l-Unjoni | Ewropea għaliex bħala membru mhux biss tista’ tkompli tgawdi mill-opportunitajiet kbar ta' taħriġ, żvilupp u riċerka permezz tal-Programmi Edukattivi, iżda wkoll għaliex inkunu f'suq ta' aktar minn 480 miljun ruħ li bil-kapaċitajiet tagħna l-Maltin nistgħu nisfruttawħ għall-benefiċċju tagħna lkoll. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932