Left arrow Mur Lura

Proġetti li jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni tal-Kottonera

PR117
Date Icon 29/01/2003

Meta kien qed izur xoghlijiet ta’ riabilitazzjoni li qed isiru fic-Cimiterju tal-Lhud, fil-Kalkara, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, qal li l-ħolqien tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera minn dan il-Gvern wassal biex ħafna monumenti u bini storiku fit-tliet ibliet u fil-Kalkara, li kien fi stat ħażin, ingħata d-dehra oriġinali tiegħu. Hu qal li dan qed ikun ta’ kontribut fir-riġenerazzjoni tal-Kottonera, li għal bosta snin tħalliet fi stat ta’ abbandun.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal f’dawn l-aħħar erba’ snin twettqu diversi proġetti filwaqt li oħrajn qegħdin f’diversi stadji. Hu qal li fil-Birgu

  • ġie restawrat Couvre Porte,
  • kien riabilitat il-belvedere li ġie ukoll pavimentat mill-ġdid,
  • sar titjib fid-daħla ta’ l-istess belt,
  • tnaddfu x-shelters tal-gwerra li hemm fil-foss,
  • ġew restawrati parti mis-swar,
  • sar restawr fl-Armerija u pavimentar f’diversi toroq.

Francis Zammit Dimech qal li tħejja l-ewwel rapport dwar l-istatwa tal-Vitorja, tlesta d-disinn għal Misraħ il-Vitorja u għat-tidwil tal-Forti Sant’Anġlu u tlesta rapport dwar il-foss.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li f’Bormla

  • kien tlesta x-xogħol ta’ restawr tal-faċċata tal-knisja ta’ San Pawl,
  • tlesta r-restawr ta’ Notre Dame Gate u tal-mina ta’ Santa Liena,
  • ġew restawrati swar u tneħħa materjal li ntefa’ fil-foss ħdejn il-mina ta’ Santa Liena,
  • qed jiġu restawrati s-swar ħdejn Polverista Gate,
  • sar pavimentar, installazzjoni ta’ dwal, tqegħid ta’ bollards u gradilji fi Pjazza Santa Margerita,
  • sar il-pavimentar ta’ Triq San Mikiel,
  • inbniet Public Convenience ġdida fix-Xatt
  • tneħħa l-ħajt li kien jgħatti l-baċir Numru 1 u floku sar ħajt baxx b’ħadid ornamentali fuqu. Fl-istess waqt il-bankina kollha tul il-ħajt ġiet pavimentata.

Francis Zammit Dimech qal li bħalissa fl-Isla

  • qed isir xogħol ta’ restawr fil-mina ta’ Sant’Anna
  • filwaqt li ġiet restawrata l-istatwa ta’ San Mikiel.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fil-Kalkara

  • twettaq titjib sostanzjali fil-bajja ta’ Rinella,
  • giet restawrata r-Rinella Gunpowder Magazine Guardhouse,
  • qed isir xogħol vast ta’ restawr u riabilitazzjoni tas-swar tal-Fortizza Ricasoli.
Hu qal li l-proġett ewlieni li kien qed isirfil-Kalkara bħalissa kien dak tar-restawr tal-kappella tas-Salvatur fejn tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett. F’dan il-proġett is-sena li għaddiet intefqu Lm22,000 filwaqt li din is-sena se jintefqu mat-Lm30,000 oħra.
Francis Zammit Dimech qal li proġett ieħor li kienqed jitwettaq kien dak tar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-ċimiterju tal-Lhud. Hu qal li għalkemm dan iċ-ċimiterju kien wieħed żgħir il-proġett kien wieħed ta’ importanza u sinifikattiv ħafna. Hu qal li l-post, li jmur lura għas-Seklu 16, kien mimli siġar u ħaxix ħażin tant li l-plakki li hemm anqas biss baqgħu jidhru.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li bħalissa kienet qedissir id-dokumentazzjoni ta’ dak li hemm ġewwa ċ-ċimiterju mill-Koperattiva ta’ l-Arkeoloġisti. Hu qal li dan il-proġett kien qed jitwettaq bil-kollaborazzjoni tal-komunita’ Lhudija ta’ Malta, li kienu proprjetarji ta’ dan iċ-ċimiterju. Francis Zammit Dimech qal li l-proġett kien qed isir b’rispett għat-tradizzjonijiet u d-drawwiet taċ-ċimiterji tal-Lhud u taħt id-direzzjoni tagħhom.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal lil-Gvern preżenti kien se jkompli bil-ħidma tiegħu fil-Kottonera għaliex kien jemmen li r-residenti tat-tliet ibliet u tal-Kalkara kien jixirqilhom l-aħjar u għaliex f’dawn il-partijiet ta’ pajjiżna tinstab parti mportanti u ewlenija mill-wirt storiku ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow