Left arrow Go Back

Pakkett li jsaħħaħ is-settur tal-biedja f’pajjiżna

PR108
Date Icon 28/01/2003

Il-pakkett negozjat ma’ l-Unjoni Ewropea se jservi bħala l-għodda li twassal għat-tisħiħ u s-sostenibbiltà tas-settur agrikolu f’pajjiżna. Is-sehem ta’ l-Unjoni Ewropea fl-iffinanzjar ta’ dan il-pakkett fl-ewwel tliet snin biss jammonta għal madwar Lm12-il miljun.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta dalgħodu nieda pakkett ta’ informazzjoni għall-produtturi u l-operaturi fis-settur agrikolu dwar il-pakkett negozjat.

Il-pakkett ta’ informazzjoni jkopri 11-il suġġettdifferenti: il-produzzjoni tal-majjal; il-produzzjoni tal-bajd; it-tadam għall-ipproċessar; qmuħ, ċereali u magħlef ieħor; il-patata ta’ l-ikel; il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar; il-vitikultura; il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga; il-frott inkabbar lokalment; it-tiġieġ tas-simna, u l-ħxejjex friski.
Il-Ministru Zammit fakkar li l-pakkett negozjat ma’l-Unjoni Ewropea jfisser għajnuna finanzjarja ta’ Lm77 miljun lis-settur agrikolu fuq perijodu ta’ 12-il sena. Din l-għajnuna finanzjarja hi mmirata kemm biex isir it-tisħiħ jew ristrutturar tad-diversi setturi, kif ukoll biex tiggarantixxi l-għajxien tal-produtturi kollha.
Hu tenna li, nidħlu jew ma nidħlux fl-UnjoniEwropea, din l-għajnuna bilfors trid tingħata. Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, dan il-piż finanzjarju ser jinħareġ bi sħab ma’ l-Unjoni Ewropea. Hu żied li minbarra li se terfa’ parti minn din l-għajnuna, l-Unjoni Ewropea se tagħti wkoll għajnuna oħra għal inizjattivi marbuta ma’ l-iżvilupp rurali.
Il-Ministru Zammit fakkar wkoll li l-Gvern u l-UnjoniEwropea ftehmu dwar miżura ta’ protezzjoni (safeguard measure) għall-ewwel ħames snin wara sħubija, li permezz tagħha l-Gvern ikun f’pożizzjoni li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżomm bilanċ bejn il-produzzjoni lokali, bejn il-konsum lokali u bejn l-importazzjoni fi kwalunkwe settur bl-iskop li jiggarantixxi dħul finanzjarju adekwat, kif ukoll jiggarantixxi l-għajxien tal-produtturi nvoluti.
Barra minnhekk, kompla l-Ministru Zammit, il-Gvernftiehem ukoll li tiddaħħal skema ta’ sussidji fuq importazzjoni ta’ qmugħ, zokkor, butir, ġobon, trab tal-ħalib, laħmijiet u prodotti oħra tal-laħam u fuq konċentrat tat-tadam għall-ipproċessar bl-iskop li l-prezzjijiet ta’ dawn il-prodotti jibqgħu fil-livelli li kienu fl-aħħar snin. Hu qal li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, dan is-sussidju finanzjarju jinħareġ bi sħab bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Zammit enfasizza l-fatt li l-pakkett ta’għajnuna ta’ Lm77 miljun hu miftiehem iswed fuq l-abjad ma’ l-Unjoni Ewropea. “Kull min hu midħla ta’ dan it-tip ta’ ftehim jaf li l-Unjoni Ewropea ma’ tista’ qatt tagħmel ftehim aktar vantaġġuż minn dak li rnexxielu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow