Left arrow Go Back

PREZENTAZZJONI TA GHAJNUNA MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR104
Date Icon 28/01/2003
Nhar is-Sibt, 25 ta’ Jannar, 2003, il-Kummissarju Gholi Malti fl-Awstralja,Dr. Ivan Fsadni, akkumpanjat mis-Sur Fred Flask, President tal-Maltese Australian Association of Canberra and Queanbeyan, iltaqa’ ma’ bosta familji Maltin li ntlaqtu hazin fil-bushfires li hakmu Canberra gimgha qabel.
Fost il-familji li zar il-Kummissarju Gholi tkellemmal-familja Borg Caruana, mal-familja Tonna, u mal-familja Muscat. Wara dawn iz-zjarat fis-subborgi ta’ Canberra, fejn il-membri tal-komunita’ Maltija iddeskrivew x’danni sofrew fil-proprjeta’ taghhom, il-Kummissarju Gholi stieden lil dawn il-Maltin fil-Kummissjoni Gholja fejn, flimkien mas-Sur Fred Flask, iddiskutew x’ghajnuna prattika setghet tinghatalhom fic-cirkustanzi prezenti taghhom.
Il-Kummissarju Gholi esprima s-sens ta’ solidarjeta’tal-Maltin, kemm dawk fl-Awstralja kif ukoll f’Malta, ma’ dawn huthom fil-waqtiet daqstant difficli li jinsabu fihom bhalissa. Huwa semma l-interess li wrew bosta li cemplu u kitbu sabiex jiksbu taghrif fuq qrabathom u hbieb taghhom gewwa l-Awstralja.
Minn-naha taghhom il-familji Borg Caruana, Tonna uMuscat qalu li l-ispirtu ta’ solidarjeta’ li ntwera maghhom, mhux biss mill-familji taghhom u mill-girien, izda minn huthom il-Maltin fl-Awstralja u f’Malta, ghenhom jibdew jissuperaw ix-xokk li soffrew fid-18 ta’ Jannar li ghadda. Huma raddew hajr lill-Kummissarju Gholi u lill-istaff tieghu, kif ukoll lis-Sur Fred Flask u l-membri tal-kumitat tieghu ghall-interess li urew fil-qaghda taghhom fil-granet li ghaddew.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow