Ftehim bejn Malta Drydocks u l-Iskola Lorenzo Gafa'
PR100
27/01/2003
| Iġġedded ftehim bejn il-management tal-Malta Drydocks Corporation u l-Iskola | Sekondarja Lorenzo Gafa', Cottonera, li jagħti l-opportunita' lil grupp ta' studenti fl-ogħla klassijiet biex jieħdu sehem fi skema ta' orjentazzjoni għax-xogħol. |
| L-iskema tagħti possibbilta' lil gruppi ta' studenti | jżuru d-Drydocks regolari biex jaraw u jużaw ċerti faċilitajiet, biex jisimgħu dwar opportunitajiet ta' karrieri kif ukoll dwar l-iskemi ta' apprentistat f'livell tekniku - it-Technician Apprenticeship Scheme, u l-Extended Skill Training Scheme, u fl-istess ħin jaraw l-importanza ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol. |
| Din l-inizjattiva tinkorpora kors ta' erba' ġimgħat | lil ħamsa u għoxrin student fil-vaganzi tas-sajf fil-Malta Drydocks biex l-istudenti jifhmu aħjar b'esperjenza diretta u fit-tul fuq post tax-xogħol ir-rabta bejn it-tagħlim ta' l-iskola u l-karriera futura tagħhom. Fil-fatt, l-istudenti jkunu mistennija li jsegwu l-kors kollu b'attenzjoni u dedikazzjoni u jingħataw anke pocket money. Dan għandu jwassal biex jgħolli l-istima ta' l-istudenti nfushom kif ukoll l-imġiba tagħhom f'post li jgħabbihom b'ċerta responsabbilta' u awtonomija. |
| L-iffirmar tal-ftehim sar mis-Sur Restall, Human | Resources Manager, Malta Drydocks, u mis-Sur Joseph Axisa, Kap ta' l-Iskola, fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Paul A Attard, li wera l-importanza ta' din l-iskema għaliex ssaħħaħ it-tagħlim mhux biss tat-teknoloġija iżda wkoll ta' suġġetti oħrajn fil-kurrikulu fil-livell sekondarju għaliex turi r-rabta mill-qrib li hemm bejn studju u xogħol. Hu saħaq li l-Ministeru ta' -Edukazzjoni jixtieq li aktar industriji joffru opportunitajiet simili lil studenti fi skejjel sekondarji u junior lyceums. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932