Left arrow Go Back

TIĠDID TAL-KARTA TA` L-IDENTITÀ F’SANTA LUĊIJA

PR1637
Date Icon 20/11/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Santa Luċija minn nhar il-Ġimgħa 22 sa nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru, 2002. Ma jsirx tiġdid il-Ħadd 24 ta’ Novembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Santa Luċija fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fis-Sala Parrokkjali, Pjazza 7 ta’ Lulju. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Santa Luċija. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsabu fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ’l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Santa Luċija u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

More Press Releases Right arrow