STUDENTI MINN SKEJJEL VOKAZZJONALI TA` L-ISTAT JIKSBU L-OGHLA ‘AWARDS’
Erba' studenti minn skejjel vokazzjonali ta' l-Istat ingħataw medalji tad-deheb għar-riżultati eċċellenti li kisbu fl-eżamijiet tas-City and Guilds ta' l-1999. L-istudenti u l-ispeċjaliżazzjoni tagħhom huma kif ġej:
Patricia D'Amato Microcomputer Technology - Part 3
Kenneth Bonello Electronics Servicing - Part 2, Television & Radio Reception
Simon Colombo Electronics Servicing - Part 3, Television Reception
David Mizzi Metal Machining 1 - Shaping and Turning
Patricia D'Amato attendiet l-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano filwaqt li l-istudenti l-oħrajn attendew l-iskola Umberto Calosso. Studenta oħra li ingħatat medalja kienet Marina Hyka li kienet tattendi l-Institute of Tourism Studies.
Dawn il-medalji tad-deheb li tagħti is-City and Guilds, jingħataw biss lil dawk l-istudenti li jiddistingwu ruħhom fl-eżamijiet permess ta' riżultati eċċellenti, mkejla fuq kriterji u livell internazzjonali.
Is-Sur Michael Swan, Kap Eżekuttiv tas-City and Guilds International u Ms. Katy Reeves, Marketing Manager ta' l-Ewropa, ġew hawn Malta apposta biex jattendu l-preżentazzjoni tal-medalji. Is-Sur Swan spjega kif minn aktar minn 80,000 kandidat li jagħmlu l-eżami f'120 pajjiż, ingħataw anqas minn mitt medalja tad-deheb għall-eċċellenza. Is-Sur Swan qal li għalhekk kien ta' unur kbir għal Malta li ħames studenti Maltin kisbu il-medalji tad-deheb. Hu kompla jgħid li l-istudenti Maltin kull sena' jiksbu medalji ta' eċċellenza u dan jixhed il-livell għoli ta' tagħlim f'pajjiżna. Dan hu għal Malta "suċċess eċċezzjonali" qal is-Sur Swan.
Waqt il-preżentazzjoni, l-Ministru Louis Galea qal li kemm hu, kif ukoll l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni, huma kburin ħafna bil-kisbiet ta' dawn l-istudenti Maltin. Hu mertu ta' dawn l-istudenti u l-għalliema tagħhom li jintlaħqu l-aqwa riżultati fuq livell internazzjonali. Il-Ministru żied li l-istudenti Maltin dejjem urew li għandhom il-kapaċita' jilħqu l-ogħla standards internazzjonalment.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern qed jinvesti bil-qawwi f'dan is-settur biex dejjem ikollna biżżejjed riżorsi umani ta' l-ogħla kwalita'. B'hekk pajjiżna ikun jista' jibqa' kompettittiv fis-swieq internazzjonali kif ukoll jiftaħ orizzonti ġodda ta' żvilupp. Il-Ministru tenna li l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija għandu l-ingredjenti kollha biex jsir ċentru ta' eċċellenza fil-qasam vokazzjonali u hu xhieda ta' l-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam. Il-Ministru ikkonkluda billi feraħ lill-istudenti għall-kisbiet tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930