JINĦATAR SEGRETARJU ĠENERALI TAL-EUROPEAN PARENTS ASSOCIATION
Wara li f’Ġunju 2002 Malta daħlet membru sħiħ ta’ l-European Parents Association illum bdiet tokkupa kariga fit-tmexxija ta’ l-istess Assoċjazzjoni.
Is-Sur Frans Borg, ko-fundatur ta’ l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel u Direttur Office of Review fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, ġie elett Segretarju Ġenerali ta’ l-EPA waqt l-Assemblea Amministrattiva li nżammet fil-belt ta’ Turin bejn il-Ġimgħa 15 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru 2002. Malta u l-Belġju, li kellha l-viċi-presidenza, ikkontestaw din il-pożizzjoni. Bosta pajjiżi Ewropej laqgħu tajjeb ħafna din il-ħatra. Pajjiżi oħra rappreżentati huma l-Ġermanja (Presidenza), id-Danimarka u l-Bejġju (Viċi-Presidenza) u l-Italja (Teżorier).
Il-European Parents Association hi għaqda bla rbit politiku jew reliġjuż u tirrappreżenta l-għaqdiet nazzjonali tal-ġenituri tal-pajjizi kollha ta’ l-Ewropa. Hu stmat li l-EPA tħaddan ’l fuq minn mitt miljun ġenitur. Malta hi rappreżentata mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel li ġiet aċċettata bħala membru sħiħ f’Ġunju 2002 wara li kienet ilha membru assoċjat għal madwar sena.
L-għanijet ewlenin ta’ l-EPA huma li:
- Tippromwovi l-parteċipazzjoni effettiva tal-ġenituri.
- Taħdem sabiex l-politika edukattiva fl-Ewropa tiggarantixxi edukazzjoni ta’ kwalita’.
- Issaħħaħ id-djalogu bejn l-ġenituri Ewropej u toħloq sħubija bejn l-istess ġenituri.
- Tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prattika tajba u effettiva, u
- Tmexxi taħrig għall-ġenituri l-qasam tal-parteċipazzjoni.
Is-Sur Borg wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fiduċja li ngħatat lil Malta. Dan juri kemm Malta hi stmata fost il-pajjiżi Ewropew u kemm il-Maltin huma kapaci jirrappreżentaw lil pajjiżhom b’wiċċhom minn quddiem. Hu ttamat li fil-kariga ġdida tiegħu s-Sur Borg jkun ta’ kontribut siewi fit-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-ġenituri kemm f’Malta u kemm fil-qasam Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930