Left arrow Mur Lura

FAMILY RESOURCE CENTRE FIL-KOTTONERA

PR1620
Date Icon 18/11/2002

Meta nhar is-Sibt kien inawgurat il-Family Resources Centre fil-Kottonera, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastuttura, Francis Zammit Dimech, qal li din kienet ir-raba’ mawra tiegħu fil-Kottonera fi żmien ġimgħa. Hu fakkar li l-Ħadd li għadda kien il-Birgu fejn ra xogħlijiet ta’ restawr fuq l-istatwa tal-Vitorja, faċċata tal-każin tal-banda San Lawrenz. Lejliet, jiġifieri s-Sibt li għadda, wrejt lill-President tal-Parlament ta’ l-Estonja x’qed jitwettaq fil-Kottonera waqt żjara lill-Mina ta’ Sant’Anna, l-Isla, kompla l-Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan ix-xogħol, bħal ħafna xogħol ieħor ta’ restawr mal-Kottonera kollha, kien qed isir mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Francis Zammit Dimech qal li l-bieraħ kien fil-Forti Sant’Anġlu fejn indirizza workshop organizzat għal studenti ta’ l-arkitettura u l-inġinerija ċivili dwar strateġija dwar ir-riabiltazzjoni u r-restawr ta’ l-istess forti.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-Gvern preżenti kien qed iwettaq fil-Kottonera proġetti ta’ importanza kbira. Kien qed iwettaq diversi proġetti ta’ restawr u riabilitazzjoni li qed jagħtu lill-Kottonera dehra ġdida u l-importanza li kienet tgawdi u li tilfet fis-snin li fihom naqset l-importanza tat-tarzna u li matulhom għalqu l-istallazzjonijiet militari Ingliżi. Il-Gvern preżenti wettaq, jew kien qed iwettaq, proġetti kbar bhal dak tal-bini tad-Dar ta’ l-Anzjani, il-bini tal-Kumpless Sportiv, il-bini ta’ blokki ta’ appartamenti, il-modernizzazzjoni ta’ l-iskola tal-Gvern ftit metri ’l bogħod minn dan iċ-ċentru. Hu qal li l-Gvern preżenti ta bidu ukoll għall-proġett tal-Kottonera li, b’investiment privat ta’ Lm16-il miljun, se jibdel l-inħawi f’ċentru turistiku ta’ l-ogħla kwalità.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti ħaseb ukoll li fil-Kottonera jkun hemm Family Resource Centre. Hu qal li l-Ministeru għar-Riżors u l-Infrastruttura kien intalab mill-Ministeru għall-Politika Soċjali biex jagħti l-ghajnuna tiegħu għat-twettiq ta’ il-proġett. Hu qal li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura mhux biss ħa ħsieb xogħol ta’ ppjanar u kostruzzjoni iżda investa f’dan il-proġett ’il fuq minn Lm110,000.

Francis Zammit Dimech qal li dan il-proġett kien jinkludi

  • Il-bini ta’ Child Care Centre;
  • Il-bini ta’ Adult Training Centre;
  • Xogħol ta’ landscaping u bini ta’ canopy ta’ l-azzar;
  • Upgrading tal-playing field ma’ ġenb iċ-Ċentru flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Birgu;
  • public convenience ġdida.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li dan il-proġett kien se jagħti kontribut soċjali qawwi lir-residenti ta’ l-inħawi u kien se jipprovdi ħolqa oħra fil-kullana ta’ servizzi li qed joħloq dan il-Gvern fil-Kottonera.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow