Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TA` L-ONOR. DR ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT L-ASSEMBLEA GENERALI ANNWALI TAL-KUNSILL NAZZJONALI TA’ L-ANZJANI - DAR L-EMIGRANT, VALLETTA - IS-SIBT, 16 TA' NOVEMBRU 2002.

PR1619
Date Icon 18/11/2002

Is-Socjeta' Maltija titkejjel kemm hi socjeta civilizzata minn kemm turi rispett u mhabba lejn l-anzjani u kemm jigu ttrattati b'dinjita'. L-anzjani jixirqilhom post specjali fis-socjeta, u ghalhekk irridu nizguraw l-ghola livell t'ghixien taghhom. L-anzjani ghandhom hafna x'jistghu jaghtu ghall-holqien u t-tkabbir tal-gid komuni. Irridu nattwaw policies li jkollhom bhala skop li l-anzjan jibqa' attiv, izomm ir-relazzjonijiet mal-familja, hbieb u l-ambjent familjari li jghix fih, filwaqt li jinkoragguh li jzomm ruhu jippartecipa attivament biex ihoss ruhu kompletament integrat fis-socjeta'.

L-anzjan fil-familja. Il-familja ghandha tkun il-post ideali ghall-anzjan. Minbarra li diversi fatturi qeghdin jimminaccjaw serjament ir-rwol tradizzjonali tal-familja Maltija ghar-rigward tal-anzjani, sfortunatament wiehed irid isemmi wkoll li qeghdin inhabbtu wiccna ma' certu bdil fil-valuri tradizzjonali. Jekk irridu li akbar numru ta' anzjani jibqghu jghixu f'darhom hemm bzonn li jikber il-kontribut tal-qraba tal-anzjani. Hemm bzonn li l-familja Maltija terga' tibda thaddan dawk il-valuri li kienu l-bazi taghha fis-snin imghoddija.

Il-mira ewlenija tal-Gvern kienet, ghadha u tibqa dejjem li sa fejn u sakemm hu possibbli l-anzjan jibqa jghix f'daru, mal-familja tieghu u ma hbiebu. L-impenn minn naha ta` l-Istat zdied u jrid ikompli jizdied. Is-servizzi ghall-anzjani fil-komunita jridu jkomplu jigu estizi u mtejjba u jsiru aktar personalizzati. Irridu li f'pajjizna jipprevali l-kuncett tas-solidarjeta u tal-welfare Society.

L-anzjani fil-komunita'. Il-vizjoni taghna tal-anzjani fis-socjeta' li qeghdin nghixu fiha, hija ta' anzjan li jrid jibqa attiv f'din is-socjeta'. L-anzjan irid jiehu hafna izjed l-inizzjattiva f'idejh. Irid ikun anzjan pro-attiv.

Il-mira taghna trid tkun li jkollna anzjani f'sahhithom, attivi, li ghandhom interess fil-hajja minkejja l-eta'. Irridu noholqu diversi okkazzjonijiet li jipprovdu lill-anzjani taghna opportunitajiet biex jippartecipaw b'mod attiv huma stess. Illum l-anzjan ghandu quddiemu diversi attivitajiet li fihom jista' jikkontribwixxi. In-numru kbir ta' anzjani li jattendu l-Universita' tal-Tielet Eta' u d-diversi Day Centres huma xhieda tal-partecipazzjoni attiva ta` l-anzjani.

L-anzjani fl-istituzzjonijiet. Il-Gvern ukoll kellu u ghandu d-dmir li jtejjeb il-livell ta` l-ghixien u l-kwalita' tal-hajja ta' dawk l-anzjani rikoverati f'xi dar tal-anzjani jew f'San Vincenz de Paule. F'dan l-ahhar snin inbnew djar residenzzjali tal-ghola livell filwaqt li gewwa San Vincenz qatt ma sar daqstant titjib u progress. Il-knisja f'pajjizna ilha minn dejjem u ghada sal-lum toffri kura residenzjali lil tant anzjani fid-diversi djar li ghandna u issa ghandha diversi djar ghall-anzjani fis-settur privat li qieghdin jospitaw ukoll numru kbir ta' anzjani.

Billi d-domanda ghall-istituzzjonalizzazzjoni minn anzjani qed tkompli tizdied, din is-sena l-Gvern kompla jizviluppa l-Public Private Partnership billi d-Dipartiment ta` l-anzjani ssieheb mas-settur privat biex ipprovdejna servizz ta' akkomodazzjoni ghal aktar minn 80 anzjan fid-djar privati tal-anzjani. Waqt li l-Gvern huwa favur li s-settur privat jigi mhajjar jinvesti f'dan il-qasam, il-Gvern irid ikun zgur li f'kull dar tal-anzjani – ta` l-Istat, tal-Knisja jew tal-privat - tkun qeghda tinghata kura kwalitativa li thares fost affarijiet ohra d-dinjita', l-privatezza u d-dritt ta` l-ghazla tal-persuna anzjana.

Fattur importanti tal-kwalita' tal-hajja li qeghdin jghixu l-pensjonanti llum, u li jridu jghixu fil-futur huwa il-fattur finanzjarju, jigifieri l-pensjonijiet li qeghdin igawdu l-anzjani llum u li rridu nkunu zguri li jkomplu jgawduhom fil-futur. Nahseb din hi l-akbar sfida li ghandu l-pensjonant ghal-futur. L-istess nistghu nghidu ghad-diversi beneficcji socjali li hafna anzjani jircievu u li jghinuhom jghixu hajja aktar komda u bla skossi. Ghall-pensjonant huwa importanti li l-pensjoni tal-gurnata jibqa' jkollha l-valur taghha meta tqisha fil-qafas ekonomiku - socjali tal-pajjiz kollu. U jien fiducjuz li dan kollu jkun rifless fil-mizuri li jridu jittiehdu fil-qasam socjali u li jekk Alla jrid jithabbru fil-Budget li gej.

Il-Gvern jemmen li biex inpoggu l-pensjonijiet fuq bazi soda hemm bzonn li:-

  1. Ikollna ekonomija b'sahhitha u soda. U huwa dover ta' importanza ewlenija li naraw li dan isehh. Huwa ghal dan l-iskop li l-gvern jaghti importanza lid-daqs tal-prodott nazzjonali; irid izid il-kwalita' u l-kwantita' ta` l-istock kapitali; johloq izjed investimenti accessibli ghall-poplu; jikkontrolla l-inflazzjoni; jghin b'informazzjoni mehtiega lic-cittadini biex jiehdu decizjonijiet tajba fl-investimenti li jaghmlu; joffri edukazzjoni u training ahjar lic-cittadin; jghin fit-tnaqqis tal-qaghad u joffri access aktar facli ghal-labour market;
  2. Il-pensjoni ta` l-istat ghandha tkun l-ewwel pedament fundamentali ghal pensjonant. Il-Gvern mhux ser jabdika qatt ir-responsabilita' tieghu ghas-sigurta' socjali u ghalhekk jiggarantixxi dik is-'safety net' fil-qasam tal-pensjonijiet. Mill-banda l-ohra l-Gvern jemmen li jezisti fil-pajjiz certu consensus li hawn lok ghal Private Pensions li jistghu jghinu hafna fis-soluzzjoni ta' din il-problema fil-futur. Il-Gvern huwa kommess biex jassigura l-pensjoni kemm tal-generazzjoni prezenti kif ukoll tal-generazzjonijiet futuri. Madankollu irridu nimxu lejn ligi gdida tal-pensjonijiet li tassigura drittijiet (safety net) ghal kulhadd, filwaqt li tiehu hsieb il-bzonnijiet ta' dawk li l-aktar jinhtiegu.
  3. Il-Gvern irid jassigura li ser ikun f'pozizzjoni li jsostni l-programm ta' nfieq tieghu fis-snin li gejjin. Il-poplu jrid jifhem l-implikazzjonijiet tad-decizjonijiet li jridu jittiehdu llum jekk irridu nkomplu nsostnu l-pensjonijiet fil-futur. Dan jitlob li trid issir analazi rigoruza tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika attwali.

X'riforma hemm bzonn?

a) L-ewwelnett riforma fil-mentalita' - irridu nimxu mill-welfare state ghall-welfare society, mid-drittijiet socjali ghad-dmirijiet socjali; l-istat ma jistax jaghmel dan wahdu.

Hemm zewg principji bazici fit-twettiq ta' programmi ta' welfare -

    1. il-komunita taccetta r-responsabilita biex tghin individwi fil-bzonn, inkluzi l-pensjonanti;
    2. l-individwu jaccetta r-responsabilita biex jghin lilu nnifsu biex ikun ta' inqas piz fuq haddiehor u jkun f'pozizzjoni li jghin lil haddiehor aktar fil-bzonn - il-kuncett tal-Welfare Society jew Caring Society;
  1. Ir-riforma fis-sistema tal-pensjonijiet trid issir f'ambitu aktar wiesgha ta' riforma fl-ghoti ta' beneficcji mill-istat; mhux pensions reform imma social security reform. Ghalhekk il-kummissjoni mwaqqfa mill-Gvern ghandha tikkunsidra l-aspetti kollha tal-welfare u mhux il-pensjonijiet biss.
  1. Riforma li tassigura li l-beneficcji jmorru ghand min l-aktar ghandu bzonn. Fattur importanti ghall-kagun tal-welfare gap huwa zgur l-abbuzi li jsiru mis-servizzi u l-beneficcji socjali. U dawn ghad-detriment ta' dawk il-persuni li l-aktar ghandhom bzonn ta` l-ghajnuna ta` l-istat.
  1. Riforma li timxi minn sistemi universali ghall-sistemi personalizzati. Huwa importanti li s-servizzi personalizzati li diga' qeghdin jinghataw specjalment fil-qasam ta` l-anzjani jkomplu jigu zviluppati u mtejjba biex inharsu dejjem il-principju tad-dinjita u l-umanita ta` l-individwu.
  1. Riforma li tghaqqad il-politika ekonomika mal-politika socjali:-

i) Jekk kull ma naghmlu jkun li nassiguraw il-finanzjament tas-servizzi ezistenti, ma nkunu qed naghtu l-ebda kontribut ghat-titjib tas-servizzi u ghall-holqien ta' servizzi li jindirizzaw il-bzonnijiet reali ta' min l-aktar ghandu bzonn.

ii) Ir-redistribution of benefits ma jistax ikun biss ezercizzju ekonomiku - tal-calculator - imma wkoll ezercizzju socjali.

M'hemmx dubju li kull gvern ghandu l-oggettiv li jsostni sistema vijabbli ta' pensjonijiet irrespettivament mill-ghazliet li jkollu jaghmel. L-aspett socjali ekonomiku jrid jigi studjat sewwa biex min ser jirtira jkollu garanzija ta' hajja decenti u komda. Mill-banda l-ohra kull cittadin irid ikun imgharraf sewwa li jrid jaghmel kull ma jista' u jghin ruhu jekk irid li jilhaq l-aspettattivi tieghu u mhux jistrieh biss fuq is-socjeta. Is-socjeta' trid tiffaccja s-sitwazzjoni li dejjem qieghda tizviluppa fejn mhux biss in-numru ta' pensjonanti qieghed jizdied izda wkoll l-aspettattivi ghal kwalita ta' hajja dejjem ahjar qeghdin jizdiedu. Ghal dan il-ghan, kull min hu involut, jigifieri l-gvern, min ihaddem, unions u haddiema kollha ghandhom ir-rwol u r-responabilta' li jizguraw li s-sistema tal-pensjoni ta` l-istat tkun sostenibbli u li jkun hemm alternattivi li jissupplementawha.

Il-Gvern irid li jattiva politika li tassigura li hu ma jkunx vittma tal-forzi demografici u finanzjarji, imma jkun Gvern pro-attiv li jilqa' ghall-isfidi ta' dinja li ghaddejja mill-process imghaggel ta' bidla socjali filwaqt li jassigura l-holqien ta' socjeta li fiha kulhadd ghandu sehem.

L-isfidi fil-qasam ta` l-anzjani huma kbar izda ma rridux naqtghu qalbna. Il-progress miksub f'dawn l-ahhar snin jaghmlilna kuragg u huwa garanzija tal-futur. Gvern wahdu ma jistax jissodisfa l-htigijiet kollha ta' tant anzjani li dejjem jizdiedu u jinbidlu. Irridu nahdmu lkoll f'daqqa u id f'id. - Gvern, Knisja Kunsilli Lokali, Volontarjat, settur Privat u l-anzjani nfushom flimkien mal-familji taghhom - u allura zgur li nottjenu dak li lkoll nixtiequ li l-anzjan igawdi d-dinjita' u jkun rispettat mis-socjeta taghna - dik is-socjeta li ahna rridu li fiha hadd ma jibqa lura, li tkun socjeta' inkluziva u mhux eskluziva u li tkun socejta' ghal kull eta'.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow