Left arrow Mur Lura

Saħħaħna Pajjiżna – biex Int tgħix aħjar – Futur. ‘BĦALA EWROPEJ SER INKOMPLU NSAĦĦU PAJJIŻNA…U NGĦIXU AĦJAR’

PR1618
Date Icon 16/11/2002

"F’dawn l-aħħar erba’ snin, b’riżultat ta’ l-inizjattivi kollha li ħa l-Gvern, sar titjib fl-oqsma importanti kollha li jolqtu lill-poplu ta’ Malta: fis-saħħa, ix-xogħol, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, toroq u komunkazzjoni, u l-ambjent. Erba’ snin ilu fassalna programm elettorali dettaljat, li permezz tat-twettiq tiegħu, Malta kienet se tkun lesta biex taffaċċja s-seklu l-ġdid. Il-programm elettorali kien mibni fuq proġetti u programmi kbar li fuqhom irid isir xogħol kontinwu u mhux tittieħed deċiżjoni ta’ darba biss. Il fuq minn 80% tal-wegħdiet li għamilna erba snin ilu, illum qed jitwettqu. Dan jista’ jarah kulħadd.

Jekk hemm ħaġa waħda li tassew tgħaqqad il-Maltin kollha hija x-xewqa li nibqgħu intejbu l-kwalità ta’ ħajja, kemm tagħna kif wkoll ta’ ġenerazzjonijet futuri. Bl-isħubija fl-Unjoni Ewropea se nsaħħu dak li ksibna, biex b’hekk inkomplu verament ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Għalhekk fin-negozjati tagħna, ħdimna b’impenn biex inlestu t-triq għas-sħubija billi niksbu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli." Dan ħabbru l-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, waqt konferenza stampa li kkonkludiet il-ħarsa lejn il-ħidma tal-Gvern f’dawn l-aħħar erba’ snin. Il-Konferenza Stampa kienet ukoll indirizzata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Joe Borg.

‘Wieħed mill-pedamenti tal-Programm Elettorali tal-Gvern kien li nimxu lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Kulħadd jaf bl-impenn kbir li sar fin-negozjati tagħna, li matulhom ġew imħarsa l-interessi tagħna u ta’ wliedna. Importanti li nifhmu li l-qofol ta’ dak kollu li għamilna, m’humiex in-negozjati jew saħansitra l-Unjoni Ewropea, imma huwa dak li se jippermetti lil kull wieħed u waħda minna nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna.’

In-negozjati kienu iebsin, imma d-determinazzjoni li jinġiebu l-aħjar kundizzjonijiet għal Malta u l-Maltin wasslet sabiex jinkisbu għadd ta’ suċċessi, anke dwar suġġetti fejn kien hemm ħafna li ppruvaw ibeżżgħu u jgħidu li dan ma kienx se jkun possibbli. Fost dawn kien hemm in-negozjati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-kapital u tal-persuni, in-negozjati dwar is-sajd, l-ambjent, l-għajnuna mill-istat, l-għarfien tal-Malti bħala lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u Għawdex bħala reġjun. Kien hemm ukoll konsultazzjoni sistematika ma’ dawk li kienu l-aktar involuti tul il-process kollu tan-negozjati, u dan kien fattur li wassal għal bosta mill-kisbiet li saru.

Impjiegi u pagi aħjar għal uliedna

Bhala ċittadini ta’ l-U.E, ikollna l-garanziji ta’ ġid u sigurtà li għandna bżonn sabiex ngħixu ħajja aħjar. Sħubija fl-UE tagħmel minn Malta pajjiż aħjar għall-Maltin stess. Li nibqgħu barra jfisser biss sogru u inċertezza. Sħubija fl-UE tfisser serħan tal-moħħ, paċi u livell aħjar t’għixien għall-familji Maltin. Mingħajr sħubija fl-UE, it-tfal tagħna jħabbtu wiċċhom ma’ futur inċert. B’Malta fl-UE nafu sew fejn se nkunu: b’livell t’għixien iktar għoli, u iktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Malta għall-Maltin.

Aċċess bla xkiel għas-swieq kbar ta’ l UE: iktar investiment, iktar xogħol

Malta tbiegħ il-prodotti u s-servizzi tagħha fis-swieq barranin li l-biċċa l-kbira tagħhom jinsabu fl-UE. Il-maġġoranza kbira ta’ turisti li jżuruna huma ukoll mill-UE. Sabiex pajjiżna jista’ jimxi ’l quddiem, irridu niżguraw li l-bieb għal dawn is-swieq jibqa’ miftuħ u bla ebda xkiel. Sħubija fl-UE tiżgura dan l-aċċess.

Ngħixu fil-paċi u s-sigurtà. Vuċi fid-deċiżjonijiet li jolqtuna

Jagħmel ħafna iktar sens li aħna nkunu mal-mejda tad-deċiżjonijiet fl-UE. Hija din is-saħħa li tagħtina sħubija fl-UE li se tgħinna tassew sabiex insawru d-destin ta’ pajjiżna. Barra mill-UE, il-pożizzjoni tagħna tkun waħda dgħajfa u ma jkollna l-ebda vuċi fid-deċiżjonijiet li jolqtuna direttament.

L-aqwa standards u l-aqwa prodotti, bl-aħjar prezzijiet

Il-livell għoli ta’ ħajja li jgawdu Ewropej oħrajn m’hijiex kwistjoni ta’ xorti, iżda jiġi minn snin twal ta’ sħubija ta’ pajjiżhom fl-UE. Il-Maltin ukoll jistgħu jgħollu l-livell ta’ għixien għal dak li jgawdu sħabna l-Ewropej fl-UE. Sħubija fl-UE tagħtina għażla usa’ u kwalità ogħla ta’ prodotti bi prezzijiet irħas minn tal-lum. Il-Malti ma jistħoqqlu xejn inqas.

‘Iż-żmien li nikkuntentaw irwieħna bit-tilqit u n-nofs xogħol spiċċa għal dejjem – aħna tajbin u kapaċi daqs kulħadd, u għalhekk ħaqqna l-aħjar. Il-poplu Malti dalwaqt se jkollu jagħmel għażla. Se tkun għażla kbira u importanti, għażla li ma jkunx hemm opportunità oħra li nagħmluha. Sħubija fil-UE - jew nibqgħu barra mill Ewropa. Jew nimxu ’l quddiem - jew nimxu lura. Għalhekk, m’għandix dubju li l-Maltin se jużaw moħħhom u jiddeċiedu b’mod għaqli,” ikkonkluda l-Prim Ministru. “B’hekk, bħala Ewropej se nkomplu nsaħħu pajjiżna…u ngħixu aħjar".

Rapporti dwar il-Ministeri

Rapporti dettaljati dwar il-ħidma ta’ kull Ministeru fir-raba’ sena ta’ dan il-Gvern, 2001/2002, jinsabu fuq l-internet fuq www.doi.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow